6.2. Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina, fir-rigward tat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-parti l-oħra (14011/2013 - C8-0106/2014 - 2013/0151B(NLE)) - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Claude Moraes (A8-0009/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
° ° ° °
Billi ż-żewġ parlamenti esprimew vot pożittiv, il-President ipproċeda għall-iffirmar tal-ittra ta' trażmissjoni tat-testi adottati, filwaqt li f'Kiev il-President Poroshenko ffirma l-istrument ta' ratifika tal-ftehim.
PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF Viċi President