8. Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew – applikazzjoni rċevuta
Il-President ħabbar li rċieva l-applikazzjoni ta' Emily O'Reilly għall-kariga ta' Ombudsman Ewropew, qabel l-iskadenza tat-30 ta' Settembru 2014 (punt 7 tal- Minuti ta' 15.9.2014), u kkomunika li se jibgħat din l-applikazzjoni lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet ladarba l-fajl ikun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha.
Il-President ħabbar ukoll li, sabiex tinstema' l-kandidata interessata, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet se jorganizza seduta fit-2 ta' Diċembru 2014 li se tkun miftuħa għall-Membri kollha.