9. Rettifiki (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat ECON bagħat dawn ir-rettifiki dwar it-testi adottati mill-Parlament Ewropew:
- Rettifika P8_TA(2014)0357(COR01)għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (P7_TA-PROV(2014)0357) (COM(2012)0352 – C7-0179/2012 – 2012/0169(COD))
- Rettifika P8_TA(2014)0451(COR01)għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (P7_TA-PROV(2014)0451) (COM(2013)0404 – C7-0170/2013 – 2013/0185(COD))
Ir-rettifiki huma disponibbli fuq Europarl.
Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifikijitqiesu approvati sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mit-tħabbir tagħhom, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarhom.