Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2014 - Strasburgu

2. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Belġjani avżaw li Sander Loones ġie elett għall-Parlament Ewropew minflok Johan van Overtveldt bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 14 ta' Ottubru 2014.

Il-Parlament ħa nota ta' dan skont l-Artikolu 7(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett u l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Sander Loones jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza