Marielle de Sarnez kienet preżenti nhar il-Ħamis 23 ta' Ottubru 2014 imma isimha ma jidhirx fil-lista ta' attendenza.
Daniel Buda kkomunika li xtaq jivvota kontra l-emenda 11 għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B8-0027/2014 dwar l-Impjieg taż-Żgħażagħ u jastjeni fir-rigward tal-emenda 5 għall-istess mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta (punt 10.6 tal- Minuti ta' 17.7.2014). Huwa xtaq jivvota kontra l-emenda 3 għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B8-0071/2014 dwar l-eskalazzjoni tal-vjolenza bejn l-Iżrael u l-Palestina (punt 10.8 tal- Minuti ta' 17.7.2014).