Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 12 ta' Novembru 2014 - Brussell

4. Kompożizzjoni tal-Parlament

Miguel Arias Cañete, Andrus Ansip, Valdis Dombrovskis u Christos Stylianides, kif ukoll Marianne Thyssen u Corina Crețu nħatru bħala Kummissarji Ewropej b'seħħ mill-1 ta' Novembru 2014.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-postijiet huma vakanti b'seħħ minn din id-data u informa lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati dwar dan.

°
° ° °

Tomislav Donchev inħatar bħala Viċi Prim Ministru tal-Bulgarija b'seħħ mis-7 ta' Novembru 2014.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti b'seħħ minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.

°
° ° °

Francisco Sosa Wagner avża bil-miktub bir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 20 ta' Ottubru 2014.

Bi qbil mal-Artikolu 4(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti b'seħħ minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Estonjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Urmas Paet minflok Andrus Ansip bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 3 ta' Novembru 2014.

L-awtoritajiet kompetenti Ċiprijoti avżaw li Lefteris Christoforou ġie elett għall-Parlament Ewropew minflok Christos Stylianides bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 3 ta' Novembru 2014.

L-awtoritajiet kompetenti Latvjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Inese Vaidere minflok Valdis Dombrovskis bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 1 ta' Novembru 2014.

L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Carlos Iturgaiz minflok Miguel Arias Cañete bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 6 ta' Novembru 2014.

L-awtoritajiet kompetenti Belġjani avżaw li Tom Vandenkendelaere ġie elett għall-Parlament Ewropew minflok Marianne Thyssen bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 6 ta' Novembru 2014.

Bi qbil mal-Artikolu 7(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett u mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni ta' Urmas Paet u Lefteris Christoforou b'seħħ mit-3 ta' Novembru 2014, ta' Inese Vaidere b'seħħ mill-1 ta' Novembru 2014, u ta' Carlos Iturgaiz u Tom Vandenkendelaere b'seħħ mis-6 ta' Novembru 2014.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Urmas Paet, Lefteris Christoforou, Carlos Iturgaiz, Tom Vandenkendelaere u Inese Vaidere jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza