Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 12 ta' Novembru 2014 - Brussell

13. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduta plenarja ta' Novembru I 2014 (PE 541.735/OJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Il-President ippropona, wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, li jdaħħal fl-aġenda dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni segwita minn rawnd ta' interventi mill-gruppi politiċi.

Il-President ippropona li jdaħħal fl-aġenda dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa.

Il-President ippropona li jbiddel kif ġej it-titolu tad-diskussjoni komuni dwar l-emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE (Punti 18 u 22 tal-Abbozz tal-Aġenda): "Emendi tal-ftehim mal-pajjiżi taż-ŻEE u l-Isvizzera" u li tiżdied dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mad-dibattitu.

Is-seduta ġiet estiża sal-23.30.

Il-Ħamis

Il-President ippropona li jdaħħal fil-Ħin tal-Votazzjoni r-Rapport Hautala dwar it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Ana Gomes (A8-0025/2014).

Il-Parlament approva l-proposti.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

°
° ° °

Intervent ta': Krisztina Morvai.

Avviż legali - Politika tal-privatezza