Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 13 ta' Novembru 2014 - Brussell

4. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-metodi ta’ kalkolu u r-rekwiżiti ta’ rappurtar skont id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (COM(2014)0617 - 2014/2931(RPS))
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (D028691/04 - 2014/2939(RPS) - skadenza: 7/2/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi (D031811/03 - 2014/2936(RPS) - skadenza: 4/2/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (D034272/03 - 2014/2925(RPS) - skadenza: 23/12/2014)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema "applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri" tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (D035649/01 - 2014/2929(RPS) - skadenza: 25/1/2015)
irriferut responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-aċidu lattiku, Lecanicillium muscarium razzaVe6, il-kitosan kloridrat u Equisetum arvense L. f’ċerti prodotti jew fuqhom (D035773/02 - 2014/2935(RPS) - skadenza: 4/1/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2010/670/UE fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 9 u l-Artikolu 11(1) ta’ dik id-Deċiżjoni (D035973/01 - 2014/2930(RPS) - skadenza: 25/1/2015)
irriferut responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/578/KE, 2010/18/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE u 2011/383/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti (D035983/02 - 2014/2937(RPS) - skadenza: 5/2/2015)
irriferut responsabbli: ENVI.

Avviż legali - Politika tal-privatezza