13. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar is-sistema provviżorja ta' pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni matul il-perjodu provviżorju (2014/2882(DEA)) (B8-0246/2014) ġiet imħabbra lbieraħ fil-plenarja (punt 5 tal- Minuti ta' 24.11.2014).
Il-Grupp EFDD qajjem oġġezzjonijiet għal din ir-rakkomandazzjoni sat-terminu ta' 24 siegħa stabbilit mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.