Indiċi 
Minuti
PDF 234kWORD 156k
It-Tlieta, 25 ta' Novembru 2014 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Deċiżjoni għal proċedura ta' urġenza (Artikolu 154 tar-Regoli ta' Proċedura)
 3.Dokumenti mressqa
 4.Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (tħabbir tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
 5.Impjieg u aspetti soċjali tal-istrateġija UE2020 (dibattitu)
 6.Seduta solenni - Allokuzzjoni tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku
 7.Ħin tal-votazzjonijiet
  
7.1.Konvenzjoni dwar materji speċifiċi għall-vetturi ferrovjarji *** (votazzjoni)
  
7.2.Konvenzjoni tal-Aja tat-30 ta' Ġunju 2005 dwar ftehimiet dwar l-għażla tal-forum *** (votazzjoni)
  
7.3.Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2014/008 FI/STX Rauma (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.4.Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2014/005 FR/GAD – Franza (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.5.Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta' Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Fruntieri tal-Kanada (votazzjoni)
  
7.6.L-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015 (votazzjoni)
  
7.7.Impjieg u aspetti soċjali tal-istrateġija UE2020 (votazzjoni)
 8.Spjegazzjonijiet tal-vot
 9.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 10.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 11.Baġit 2015: Eżitu tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (dibattitu)
 12.Il-vjolenza kontra n-nisa (dibattitu)
 13.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 14.Il-vjolenza kontra n-nisa (kumplament tad-dibattitu)
 15.Is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (dibattitu)
 16.Tkeċċijiet sommarji u l-legalizzazzjoni proposta ta' "ritorni immedjati" fi Spanja (dibattitu)
 17.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 18.Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020 (dibattitu)
 19.L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi (dibattitu)
 20.Evalwazzjoni tat-testijiet tal-istress tal-banek (dibattitu)
 21.Il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet * - Il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew * (dibattitu)
 22.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 23.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.05.


2. Deċiżjoni għal proċedura ta' urġenza (Artikolu 154 tar-Regoli ta' Proċedura)

Talba mill-Kunsill biex tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza (ara punt 4 tal- Minuti ta' 24.11.2014) għal:

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet - [COM(2014)0704 - C8-0250/2014 - 2014/0332(NLE)] - Kumitat għall-Baġits.

Interventi ta': Jean Arthuis (President tal-Kumitat BUDG), Javier Nart u Marc Tarabella dwar il-preżenza tal-Membri fl-emiċiklu, Gérard Deprez (rapporteur) u Janusz Lewandowski (rapporteur).

It-talba għal proċedura ta' urġenza ġiet irrifjutata.


3. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-kumitati parlamentari, ir-rapporti

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Talba EGF/2014/008 FI/STX Rauma, mill-Finlandja) (COM(2014)0630 - C8-0214/2014 - 2014/2137(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0043/2014)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Talba EGF/2014/005 FR/GAD, ippreżentata minn Franza) (COM(2014)0662 - C8-0226/2014 - 2014/2166(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Anneli Jäätteenmäki (A8-0044/2014).

2) mill-Membri, il-mozzjoni għal riżoluzzjoni (Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

- Sophia in 't Veld, Nathalie Griesbeck u Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, dwar it-tiftix ta' opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) (2014/2966(RSP)) (B8-0265/2014).


4. Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (tħabbir tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)

Il-Membri jew il-gruppi politiċi li ġejjin talbu li jiġi organizzat dibattitu ta' dan it-tip, skont l-Artikolu 135 tar-Regoli ta' Proċedura, dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:

I.   Pakistan: liġijiet dwar il-blasfemija (2014/2969(RSP))

- Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Geoffrey Van Orden, Peter van Dalen, Bas Belder, Arne Gericke, Jana Žitňanská, Ruža Tomašić u Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, dwar il-Pakistan: liġijiet dwar il-blasfemija (B8-0289/2014);

- Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Marco Valli, Rolandas Paksas u Valentinas Mazuronis f'isem il-Grupp EFDD, dwar il-Pakistan: liġijiet dwar il-blasfemija (B8-0290/2014);

- Josef Weidenholzer, Goffredo Maria Bettini, Enrico Gasbarra, Luigi Morgano, Liisa Jaakonsaari, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Krystyna Łybacka, Nicola Caputo, Richard Howitt, Miroslav Poche, Andi Cristea, Tonino Picula, Afzal Khan, Miriam Dalli, Marc Tarabella u Hugues Bayet f'isem il-Grupp S&D, dwar il-Pakistan: liġijiet dwar il-blasfemija (B8-0291/2014);

- Dita Charanzová, Juan Carlos Girauta Vidal, Fernando Maura Barandiarán, Pavel Telička, Izaskun Bilbao Barandica, Marielle de Sarnez, Marietje Schaake, Louis Michel, Johannes Cornelis van Baalen, Petras Auštrevičius, Ivan Jakovčić, Gérard Deprez, Ivo Vajgl, Petr Ježek, Javier Nart u Jozo Radoš f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-liġijiet dwar il-blasfemija fil-Pakistan (B8-0293/2014);

- Marie-Christine Vergiat, Kateřina Konečná, Patrick Le Hyaric, Malin Björk, Stefan Eck, Javier Couso Permuy, Marina Albiol Guzmán, Ángela Vallina, Paloma López Bermejo, Younous Omarjee, Lidia Senra Rodríguez, Emmanouil Glezos, Sofia Sakorafa u Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-liġijiet dwar il-blasfemija fil-Pakistan (B8-0298/2014);

- Cristian Dan Preda, Michèle Alliot-Marie, Rachida Dati, Pavel Svoboda, Philippe Juvin, Giovanni La Via, Tunne Kelam, Joachim Zeller, Lars Adaktusson, Jarosław Wałęsa, Mariya Gabriel, David McAllister, Lorenzo Cesa, Franck Proust, Petri Sarvamaa, Andrej Plenković, Bogdan Brunon Wenta, Monica Macovei, Dubravka Šuica, Jaromír Štětina, Eduard Kukan, Jeroen Lenaers, Seán Kelly, Jiří Pospíšil, Barbara Matera, Marijana Petir, Davor Ivo Stier, Tomáš Zdechovský, Csaba Sógor, Stanislav Polčák u Lara Comi f'isem il-Grupp PPE dwar il-Pakistan: liġijiet dwar il-blasfemija (B8-0302/2014).

II.   Serbja: il-każ tal-akkużat ta' delitti tal-gwerra Šešelj (2014/2970(RSP))

- Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Rolandas Paksas u Valentinas Mazuronis f'isem il-Grupp EFDD, dwar is-Serbja: il-każ tal-akkużat ta' delitti tal-gwerra Šešelj (B8-0292/2014);

- Charles Tannock, Ruža Tomašić, Mark Demesmaeker u Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, dwar is-Serbja: il-każ tal-akkużat ta' delitti tal-gwerra Šešelj (B8-0294/2014);

- Davor Škrlec, Igor Šoltes, Ulrike Lunacek, Tamás Meszerics, Ernest Urtasun, Barbara Lochbihler, Jordi Sebastià, Heidi Hautala u Klaus Buchner f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-Serbja: il-każ tal-akkużat ta' delitti tal-gwerra Šešelj (B8-0296/2014);

- Josef Weidenholzer, Liisa Jaakonsaari, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Andi Cristea, Tanja Fajon, Victor Boștinaru, Richard Howitt, Tonino Picula, Marc Tarabella, Nicola Caputo, Biljana Borzan, Hugues Bayet u Doru-Claudian Frunzulică f'isem il-Grupp S&D, dwar is-Serbja: il-każ tal-akkużat ta' delitti tal-gwerra Wojislav Šešelj (B8-0300/2014);

- Jozo Radoš, Ivo Vajgl, Ivan Jakovčić, Fernando Maura Barandiarán, Pavel Telička, Izaskun Bilbao Barandica, Marietje Schaake, Louis Michel, Marielle de Sarnez, Johannes Cornelis van Baalen, Gérard Deprez, Dita Charanzová, Petras Auštrevičius u Ilhan Kyuchyuk f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-Serbja: il-każ tal-akkużat ta' delitti tal-gwerra Šešelj (B8-0304/2014);

- Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric u Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-Serbja: il-każ tal-akkużat ta' delitti tal-gwerra Šešelj (B8-0306/2014);

- Cristian Dan Preda, Andrej Plenković, Dubravka Šuica, Davor Ivo Stier, Jaromír Štětina, Giovanni La Via, Tunne Kelam, Lorenzo Cesa, Franck Proust, Petri Sarvamaa, Bogdan Brunon Wenta, Monica Macovei, Jeroen Lenaers, Seán Kelly, Jiří Pospíšil, Marijana Petir, Tomáš Zdechovský u Lara Comi f'isem il-Grupp PPE, dwar is-Serbja: il-każ tal-akkużat ta' delitti tal-gwerra Šešelj (B8-0307/2014).

III.   Iraq: sekwestru u trattament ħażin tan-nisa (2014/2971(RSP))

- Charles Tannock, Mark Demesmaeker, David Campbell Bannerman, Branislav Škripek, Ruža Tomašić, Jana Žitňanská, Arne Gericke, Geoffrey Van Orden u Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq: sekwestru u trattament ħażin tan-nisa (B8-0295/2014);

- Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Rolandas Paksas u Valentinas Mazuronis f'isem il-Grupp EFDD, dwar l-Iraq: sekwestru u trattament ħażin tan-nisa (B8-0297/2014);

- Alyn Smith, Barbara Lochbihler, Michel Reimon, Jean Lambert, Bodil Ceballos, Ernest Urtasun, Jordi Sebastià, Judith Sargentini, Ulrike Lunacek, Heidi Hautala, Reinhard Bütikofer u Davor Škrlec f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-Iraq: sekwestru u trattament ħażin tan-nisa (B8-0299/2014);

- Josef Weidenholzer, Victor Boștinaru, Richard Howitt, Ana Gomes, Vilija Blinkevičiūtė, Nicola Caputo, Silvia Costa, Krystyna Łybacka, Edouard Martin, Konstantinos Papadakis, Liisa Jaakonsaari, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Andi Cristea, Miroslav Poche, Miriam Dalli, Pier Antonio Panzeri, Marc Tarabella u Hugues Bayet f'isem il-Grupp S&D, dwar l-Iraq: sekwestru u trattament ħażin tan-nisa (B8-0301/2014);

- Gérard Deprez, Marielle de Sarnez, Juan Carlos Girauta Vidal, Fernando Maura Barandiarán, Pavel Telička, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Marietje Schaake, Louis Michel, Petr Ježek, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Dita Charanzová, Jozo Radoš, Javier Nart u Ivan Jakovčić f'isem il-Grupp ALDE, dwar l-Iraq: sekwestru u trattament ħażin tan-nisa (B8-0303/2014);

- Javier Couso Permuy, Malin Björk, Ángela Vallina, Paloma López Bermejo, Patrick Le Hyaric, Kateřina Konečná, Kostadinka Kuneva, Emmanouil Glezos, Marisa Matias, Rina Ronja Kari, Lidia Senra Rodríguez, Georgios Katrougkalos u Sofia Sakorafa f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-Iraq: sekwestru u trattament ħażin tan-nisa (B8-0305/2014);

- Cristian Dan Preda, Giovanni La Via, Tunne Kelam, Michèle Alliot-Marie, Rachida Dati, Pavel Svoboda, Philippe Juvin, Jarosław Wałęsa, Mariya Gabriel, David McAllister, Lorenzo Cesa, Franck Proust, Petri Sarvamaa, Andrej Plenković, Bogdan Brunon Wenta, Monica Macovei, Dubravka Šuica, Jaromír Štětina, Eduard Kukan, Jeroen Lenaers, Seán Kelly, Jiří Pospíšil, Csaba Sógor, Marijana Petir, Tomáš Zdechovský, Barbara Matera, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Stanislav Polčák u Lara Comi f'isem il-Grupp PPE, dwar l-Iraq: sekwestru u trattament ħażin tan-nisa (B8-0308/2014).

Il-ħin għad-diskorsi se jiġi allokat skont l-Artikolu 162 tar-Regoli ta' Proċedura.


5. Impjieg u aspetti soċjali tal-istrateġija UE2020 (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000076/2014) imressqa minn Marita Ulvskog, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kunsill: L-impjiegi u l-aspetti soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020 (2014/2779(RSP)) (B8-0035/2014)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000077/2014) imressqa minn Marita Ulvskog, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: L-impjiegi u l-aspetti soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020 (2014/2779(RSP)) (B8-0036/2014)

Marita Ulvskog daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.

Sandro Gozi (President fil-kariga tal-Kunsill) u Marianne Thyssen (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu l-mistoqsijiet.

Interventi ta': David Casa f'isem il-Grupp PPE, Jutta Steinruck f'isem il-Grupp S&D, Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, Patrick Le Hyaric f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Laura Agea f'isem il-Grupp EFDD, Krisztina Morvai Membru mhux affiljata, Heinz K. Becker, Maria João Rodrigues, Anthea McIntyre, José Inácio Faria, Rina Ronja Kari, Monika Vana, Jane Collins u Joëlle Mélin.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Interventi ta': Elisabeth Morin-Chartier, Sergio Gutiérrez Prieto, Zdzisław Krasnodębski, Ilhan Kyuchyuk, Inês Cristina Zuber, Rolandas Paksas, Sotirios Zarianopoulos, Thomas Mann, Guillaume Balas, Ulrike Trebesius, Paloma López Bermejo, Peter Lundgren, Mara Bizzotto, Verónica Lope Fontagné, Brando Benifei, Ruža Tomašić, Tiziana Beghin, Georgios Epitideios, Romana Tomc, Agnes Jongerius, Beatrix von Storch, Nicolas Bay, Sven Schulze, Georgi Pirinski, Jeroen Lenaers, Javi López (il-President infurmat li ma kienx se jkun hemm il-proċedura "catch the eye" f'dan id-dibattitu), Anne Sander, Siôn Simon, Danuta Jazłowiecka, Elena Gentile, Ádám Kósa, Vilija Blinkevičiūtė, Csaba Sógor, Evelyn Regner, Georges Bach, Eva Kaili, Bogusław Liberadzki u Vladimír Maňka.

Interventi ta': Marianne Thyssen u Sandro Gozi.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Marita Ulvskog, f'isem il- Kumitat EMPL dwar impjiegi u aspetti soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020 (2014/2779(RSP)) (B8-0252/2014).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.7 tal- Minuti ta' 25.11.2014.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma bdiet is-seduta solenni: 11.00.)


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

6. Seduta solenni - Allokuzzjoni tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku

Mill-11.15 sa 12.00 saret seduta solenni tal-Parlament fl-okkażjoni taż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.


PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

7. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


7.1. Konvenzjoni dwar materji speċifiċi għall-vetturi ferrovjarji *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji, adottat f'Lussemburgu fit-23 ta' Frar 2007 [15113/2013 - C8-0004/2014 - 2013/0184(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0030/2014 )

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2014)0054)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-approvazzjoni tal-protokoll.


7.2. Konvenzjoni tal-Aja tat-30 ta' Ġunju 2005 dwar ftehimiet dwar l-għażla tal-forum *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-30 ta' Ġunju 2005 dwar Ftehimiet dwar l-Għażla tal-Forum [12052/2014 - C8-0222/2014 - 2014/0021(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0034/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2014)0055)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-approvazzjoni tal-konvenzjoni.


7.3. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2014/008 FI/STX Rauma (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/008 FI/STX Rauma, mill-Finlandja) [COM(2014)0630 - C8-0214/2014 - 2014/2137(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0043/2014)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2014)0056)


7.4. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2014/005 FR/GAD – Franza (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/005 FR/GAD, minn Franza) [COM(2014)0662 - C8-0226/2014 - 2014/2166(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Anneli Jäätteenmäki (A8-0044/2014)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2014)0057)


7.5. Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta' Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Fruntieri tal-Kanada (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0265/2014

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2014)0058)

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Elmar Brok biex jitlob, abbażi tal-Artikolu 190(4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-posponiment tal-votazzjoni, Axel Voss biex isostni t-talba u Birgit Sippel biex topponiha.

B'VE (307 favur, 380 kontra, 14-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.


7.6. L-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015 (votazzjoni)

Rapport dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015 [2014/2143(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Davor Ivo Stier (A8-0037/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2014)0059)


7.7. Impjieg u aspetti soċjali tal-istrateġija UE2020 (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0252/2014

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2014)0060).


8. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.

Spjegazzjonijiet orali tal-vot:

Rapport Davor Ivo Stier - A8-0037/2014
Neena Gill, Doru-Claudian Frunzulică, Ian Duncan, Luigi Morgano, Andrej Plenković u Daniel Hannan

Impjieg u aspetti soċjali tal-istrateġija UE2020 - (2014/2779(RSP)) - B8-0252/2014
Michela Giuffrida, Matt Carthy, Neena Gill, Caterina Chinnici u Andrej Plenković.


9. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq il-Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.50. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.05)

PRESIDENZA: Ildikó GÁLL-PELCZ
Viċi President

10. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


11. Baġit 2015: Eżitu tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (dibattitu)

Interventi ta': Jean Arthuis (President tal-Kumitat BUDG), Gérard Deprez (rapporteur), Eider Gardiazabal Rubial (rapporteur) u Monika Hohlmeier (rapporteur).

Interventi ta': Enrico Zanetti (President fil-kariga tal-Kunsill) u Kristalina Georgieva (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta': José Manuel Fernandes f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' António Marinho e Pinto, Jens Geier f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Bill Etheridge u Bronis Ropė, Bernd Kölmel f'isem il-Grupp ECR, Nils Torvalds f'isem il-Grupp ALDE, Liadh Ní Riada f'isem il-Grupp GUE/NGL, Indrek Tarand f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Zanni f'isem il-Grupp EFDD, Sophie Montel Membru mhux affiljata, Jan Olbrycht, Isabelle Thomas, Richard Ashworth, Pablo Echenique, Ernest Maragall, Jonathan Arnott, Petri Sarvamaa, Jean-Paul Denanot, Zbigniew Kuźmiuk, Daniele Viotti u Vladimír Maňka.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta':: Lara Comi, Victor Negrescu, Bill Etheridge, Stanislav Polčák, Karin Kadenbach u Mercedes Bresso.

Interventi ta': Kristalina Georgieva, Enrico Zanetti u Jean Arthuis.

Id-dibattitu ngħalaq.


12. Il-vjolenza kontra n-nisa (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-00080/2014) imressqa minn Iratxe García Pérez, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: Segwitu għar-rapport fuq inizjattiva proprja leġiżlattiv tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda lill-vjolenza kontra n-nisa (2014/2916(RSP)) (B8-0039/2014)

Iratxe García Pérez daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

(kumplament tad-dibattitu: punt 14 tal- Minuti ta' 25.11.2014)


13. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar is-sistema provviżorja ta' pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni matul il-perjodu provviżorju (2014/2882(DEA)) (B8-0246/2014) ġiet imħabbra lbieraħ fil-plenarja (punt 5 tal- Minuti ta' 24.11.2014).

Il-Grupp EFDD qajjem oġġezzjonijiet għal din ir-rakkomandazzjoni sat-terminu ta' 24 siegħa stabbilit mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.

Ir-rakkomandazzjoni ġiet għaldaqstant inkluża fil-votazzjonijiet tal-Ħamis 27 ta' Novembru 2014 (punt 10.4 tal- Minuti ta' 27.11.2014).


14. Il-vjolenza kontra n-nisa (kumplament tad-dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000080/2014) imressqa minn Iratxe García Pérez, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: Segwitu għar-rapport fuq inizjattiva proprja leġiżlattiv tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda lill-vjolenza kontra n-nisa (2014/2916(RSP)) (B8-0039/2014)

(Ftuħ tad-dibattitu: punt 12 tal- Minuti ta' 25.11.2014)

Interventi ta': Teresa Jiménez-Becerril Barrio f'isem il-Grupp PPE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Maria Arena f'isem il-Grupp S&D, Jana Žitňanská f'isem il-Grupp ECR, Beatriz Becerra Basterrechea f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' António Marinho e Pinto, Malin Björk f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Daniela Aiuto f'isem il-Grupp EFDD, Krisztina Morvai Membru mhux affiljata, Barbara Matera, Vilija Blinkevičiūtė, Jadwiga Wiśniewska, Catherine Bearder, Kostadinka Kuneva, Karima Delli, Margot Parker, li wieġbet ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Maria Arena u Catherine Bearder, Georg Mayer, Rosa Estaràs Ferragut, Liliana Rodrigues, Julie Girling, Izaskun Bilbao Barandica, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Iliana Iotova, Therese Comodini Cachia, Biljana Borzan, Anna Hedh, Evelyn Regner, Soledad Cabezón Ruiz, Maria Noichl, Linda McAvan u Alessandra Moretti, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Kristina Winberg.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marc Tarabella, Dubravka Šuica, Urmas Paet, Josu Juaristi Abaunz, Deirdre Clune u Caterina Chinnici.

Intervent ta': Věra Jourová.

Id-dibattitu ngħalaq.


15. Is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000078/2014) imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kunsill: Is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (2014/2907(RSP)) (B8-0037/2014)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000079/2014) mressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (2014/2907(RSP)) (B8-0038/2014)

Claude Moraes daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.

Sandro Gozi (President fil-kariga tal-Kunsill) u Dimitris Avramopoulos (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu l-mistoqsijiet.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Interventi ta': Monika Hohlmeier f'isem il-Grupp PPE, Birgit Sippel f'isem il-Grupp S&D, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Kristina Winberg, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Laura Agea f'isem il-Grupp EFDD, Matteo Salvini Membru mhux affiljat, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Edouard Ferrand, Roberta Metsola, Kashetu Kyenge, Jussi Halla-aho, Nathalie Griesbeck, Barbara Spinelli, Bodil Ceballos, Gerard Batten, Eleftherios Synadinos, Esteban González Pons, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ernest Urtasun, Tanja Fajon, Beatrix von Storch, Kristina Winberg, Vicky Maeijer, Elisabetta Gardini, Iliana Iotova, Helga Stevens, Marie-Christine Arnautu, Elissavet Vozemberg, Sylvie Guillaume, Michał Boni, Giovanni La Via, Juan Fernando López Aguilar, Frank Engel, Kati Piri, Mariya Gabriel, Elly Schlein, Salvatore Domenico Pogliese, Miriam Dalli u Miltiadis Kyrkos.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Carlos Coelho, Notis Marias, Marielle de Sarnez, Franz Obermayr u Alessandra Mussolini.

Interventi ta': Dimitris Avramopoulos u Sandro Gozi.

PRESIDENZA: Ramón Luis VALCÁRCEL
Viċi President

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu bi qbil mal-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: is-sessjoni parzjali li jmiss.


16. Tkeċċijiet sommarji u l-legalizzazzjoni proposta ta' "ritorni immedjati" fi Spanja (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000085/2014) imressqa minn Birgit Sippel u Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, Cecilia Wikström u Maite Pagazaurtundúa Ruiz f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini u Josep-Maria Terricabras f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cornelia Ernst u Marina Albiol Guzmán f'isem il-Grupp GUE/NGL uLaura Ferrara u Ignazio Corrao f'isem il-Grupp EFDD, lill-Kummissjoni: Tkeċċijiet sommarji u l-legalizzazzjoni proposta ta' "ritorni immedjati" fi Spanja (2014/2959(RSP)) (B8-0043/2014)

Birgit Sippel, Cecilia Wikström, Ska Keller, Marina Albiol Guzmán u Laura Agea daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.

Dimitris Avramopoulos (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsijiet.

Interventi ta': Lara Comi f'isem il-Grupp PPE, Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Maite Pagazaurtundúa Ruiz f'isem il-Grupp ALDE, Teresa Rodriguez-Rubio f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Laura Agea f'isem il-Grupp EFDD, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ernest Urtasun, Sylvie Guillaume, Josu Juaristi Abaunz, Josep-Maria Terricabras, Rosa Estaràs Ferragut, Jordi Sebastià u Teresa Jiménez-Becerril Barrio.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, Angel Dzhambazki, Izaskun Bilbao Barandica u Raymond Finch.

Intervent ta': Dimitris Avramopoulos.

Id-dibattitu ngħalaq.


17. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-grupp ECR:

Kumitat AFET: Syed Kamall minflok Joachim Starbatty

Kumitat INTA: Joachim Starbatty minflok Bolesław G. Piecha

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


18. Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020 (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000075/2014) imressqa minn Marita Ulvskog, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: Il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020 (2014/2861(RSP)) (B8-0034/2014)

Marita Ulvskog daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Marianne Thyssen (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.

Interventi ta': Heinz K. Becker f'isem il-Grupp PPE, Jutta Steinruck f'isem il-Grupp S&D, Anthea McIntyre f'isem il-Grupp ECR, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, Lynn Boylan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Karima Delli f'isem il-Grupp Verts/ALE, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, Thomas Mann, Siôn Simon u Mireille D'Ornano.

PRESIDENZA: Olli REHN
Viċi President

Interventi ta': Claude Rolin, Agnes Jongerius, Sotirios Zarianopoulos, Massimiliano Salini, Vilija Blinkevičiūtė, Seán Kelly u Miapetra Kumpula-Natri.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Tibor Szanyi, Notis Marias, Paloma López Bermejo u Krisztina Morvai.

Intervent ta': Marianne Thyssen.

Id-dibattitu ngħalaq.


19. L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000074/2014) imressqa minn Marita Ulvskog, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg (2014/2862(RSP)) (B8-0033/2014)

Marita Ulvskog daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Marianne Thyssen (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.

Interventi ta': Verónica Lope Fontagné f'isem il-Grupp PPE, Jutta Steinruck f'isem il-Grupp S&D, Jana Žitňanská f'isem il-Grupp ECR, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jane Collins f'isem il-Grupp EFDD, Dubravka Šuica, Vilija Blinkevičiūtė, Siôn Simon, Jan Keller u Javi López.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor u Ruža Tomašić.

Interventi ta': Marianne Thyssen u Krisztina Morvai, din tal-aħħar dwar il-proċedura "catch-the-eye".

Id-dibattitu ngħalaq.


20. Evalwazzjoni tat-testijiet tal-istress tal-banek (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Evalwazzjoni tat-testijiet tal-istress tal-banek (2014/2977(RSP))

Jonathan Hill (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Burkhard Balz f'isem il-Grupp PPE, Elisa Ferreira f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Fabio De Masi f'isem il-Grupp GUE/NGL, Molly Scott Cato f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Valli f'isem il-Grupp EFDD, Bernard Monot Membru mhux affiljat, Roberto Gualtieri u Bernd Lucke.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Othmar Karas u Tibor Szanyi.

Intervent ta': Jonathan Hill.

Id-dibattitu ngħalaq.


21. Il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet * - Il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew * (dibattitu)

Rapport dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet [10896/2014 - C8-0090/2014 - 2014/0807(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Kay Swinburne (A8-0028/2014)

Rapport dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew [11200/2014 - C8-0109/2014 - 2014/0808(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0027/2014)

Roberto Gualtieri u Kay Swinburne ippreżentaw ir-rapporti.

Intervent ta': Jonathan Hill (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Burkhard Balz f'isem il-Grupp PPE, Costas Mavrides f'isem il-Grupp S&D, Stanisław Ożóg f'isem il-Grupp ECR, Cora van Nieuwenhuizen f'isem il-Grupp ALDE, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Patrick O'Flynn f'isem il-Grupp EFDD, Michał Marusik Membru mhux affiljat, Markus Ferber, Jonás Fernández, Bernd Lucke, Gerolf Annemans, Romana Tomc, Theodor Dumitru Stolojan, Luděk Niedermayer, Ivana Maletić, Othmar Karas u Georgios Kyrtsos.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Miguel Viegas, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Sven Giegold.

Interventi ta': Jonathan Hill, Roberto Gualtieri u Kay Swinburne.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 12.2 tal- Minuti ta' 26.11.2014 u punt 12.1 tal- Minuti ta' 26.11.2014.


22. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 542.136/OJME).


23. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.25.

Klaus Welle

Alexander Graf Lambsdorff

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albiol Guzmán, Albrecht, Ali, Aliot, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Androulakis, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Berès, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boștinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buonanno, Bușoi, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Ceballos, Cesa, Charanzová, Childers, Chinnici, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Comi, Comodini Cachia, Corbett, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, van Dalen, Dalli, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danjean, Danti, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, Dati, De Backer, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deutsch, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds Anneliese, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Duda, Duncan, Durand, Dzhambazki, Echenique, Eck, Ehler, Eickhout, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Eriksson, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferreira Elisa, Ferreira João, Finch, Fitto, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Nathan, Gill Neena, Girauta Vidal, Girling, Giuffrida, Glezos, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Pons, Gosiewska, Goulard, de Graaff, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Griesbeck, Griffin, Grigule, Gróbarczyk, Groote, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hannan, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Hellvig, Helmer, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, Iglesias, in 't Veld, Iotova, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jackiewicz, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kamall, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Kariņš, Karlsson, Karski, Katrougkalos, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirkhope, Kirton-Darling, Koch, Kofod, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köster, Köstinger, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lamberts, Lambsdorff, Landsbergis, Lange, de Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Leichtfried, Leinen, Lenaers, Le Pen Jean-Marie, Le Pen Marine, Lewandowski, Lewer, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loones, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maeijer, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Manscour, Maragall, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matera, Matias, Mato, Maura Barandiarán, Maurel, Mavrides, Mayer, Mazuronis, Meissner, Mélenchon, Mélin, Melo, Messerschmidt, Meszerics, Metsola, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Montel, Moody, Moraes, Morano, Moretti, Morgano, Morin-Chartier, Morvai, Mosca, Müller, Mureșan, Muselier, Mussolini, Nagy, Nart, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, Ní Riada, van Nistelrooij, Noichl, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Parker, Pașcu, Paulsen, Paunova, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Philippot, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Pittella, Plenković, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Rangel, Rebega, Reda, Reding, Regner, Rehn, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Revault D'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodriguez-Rubio, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Saïfi, Sakorafa, Salini, Salvini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sebastià, Sehnalová, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sonneborn, Spinelli, Spyraki, Staes, Stanishev, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stier, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Tapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terho, Terricabras, Theocharous, Theurer, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Toti, Trebesius, Troszczynski, Trüpel, Turmes, Ujazdowski, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel, Vălean, Valenciano, Valli, Vallina, Vana, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Väyrynen, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wojciechowski, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zorrinho, Zuber, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Bradbourn, Crowley, Händel, Melior, Monteiro de Aguiar, Neyts-Uyttebroeck, Patriciello, Ransdorf, Sommer, Żółtek

Avviż legali - Politika tal-privatezza