Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 26 ta' Novembru 2014 - Strasburgu

3. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-aċetamiprid, il-kromafenożid, iċ-ċjażofammid, id-dikamba, id-difenokonażol, il-fenpirażammina, il-fluważinam, il-formetanat, in-nikotina, il-penkonażol, il-pimetrożina, il-piraklostrobin, it-taw-fluvalinat u t-tebukonażol f’ċerti prodotti jew fuqhom (D033848/03 - 2014/2979(RPS) - skadenza: 22/1/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (D034508/02 - 2014/2955(RPS) - skadenza: 14/2/2015)
irriferut responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq u l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ addittivi li jikkonsistu minn preparazzjonijiet (D036035/03 - 2014/2958(RPS) - skadenza: 15/2/2015)
irriferut responsabbli: AGRI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina użat fil-manifattura ta' supplimenti tal-ikel (D036044/02 - 2014/2957(RPS) - skadenza: 18/2/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet Ephedra u Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille) (D036045/02 - 2014/2960(RPS) - skadenza: 19/2/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D036047/03 - 2014/2961(RPS) - skadenza: 19/2/2015)
irriferut responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa u li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D036053/02 - 2014/2963(RPS) - skadenza: 19/2/2015)
irriferut responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 657/2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tat-twaqqif ta' skemi ta' kampjuni Ewropej (D036225/01 - 2014/2956(RPS) - skadenza: 15/2/2015)
irriferut responsabbli: ECON

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għall-fireplaces mingħajr ċumnija li jaħdmu bl-alkoħol skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (D036445/03 - 2014/2974(RPS) - skadenza: 20/2/2015)
irriferut responsabbli: IMCO

- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar it-tagħmir marittimu (D036466/01 - 2014/2980(RPS) - skadenza: 22/2/2015)
irriferut responsabbli: TRAN

Avviż legali - Politika tal-privatezza