Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 26 ta' Novembru 2014 - Strasburgu

4. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (C(2014)08355 – 2014/2954(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Novembru 2014
Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu15(2) tar-Regolament (UE) Nru1380/2013, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (C(2014)08402 – 2014/2962(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 18 Novembru 2014
Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-iġjene, tas-saħħa, tas-sigurtà u tax-xogħol tas-sajjieda, sabiex jiġu protetti u rkuprati l-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar, sabiex jittaffa t-tibdil fil-klima u sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd (C(2014)08611 – 2014/2982(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 24 Novembru 2014
Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

Avviż legali - Politika tal-privatezza