Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 26 ta' Novembru 2014 - Strasburgu

PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

8. Għoti tal-Premju Sakharov (seduta formali)
CRE

Min-12.05 san-12.35, il-Parlament iltaqa' f'seduta solenni fl-okkażjoni tal-għoti tal-Premju Sakharov lil Denis Mukwege, bħala rikonoxximent tal-impenn bla heda tiegħu biex jerġa' jagħti l-integrità fiżika u psikoloġika lil eluf ta' nisa u bniet li sfaw vittmi ta' abbużi sesswali minn forzi ribelli fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Qabel ma ta l-Premju, il-President ta wkoll merħba lil Elisabeth Schepetylnykova, rappreżentant tal-moviment Ukrain EuroMaidan (kandidata għall-Premju Sakharov 2014) kif ukoll lil Dinara Yunus, bint Leyla Yunus, fondatriċi tal-Istitut għall-Paċi u d-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem fl-Azerbajġan (kandidata hija wkoll għall-Premju Sakharov 2014), li ma setgħetx tkun preżenti għax għadha impriġunata fl-Azerbajġan.

Avviż legali - Politika tal-privatezza