L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Enrique Calvet Chambon minflok Francisco Sosa Wagner, bħala Membri tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 20 ta' Novembru 2014.
L-awtoritajiet kompetenti Bulgari kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Andrey Novakov minflok Tomislav Donchev bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 24 ta' Novembru 2014.
Skont l-Artikolu 7(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett u l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni ta' Enrique Calvet Chambon u ta' Andrey Novakov li tiddekorri mid-dati 20 ta' Novembru 2014 u 24 ta' Novembru 2014 rispettivament.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Enrique Calvet Chambon u Andrey Novakov jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.