10. Ħatra tal-membri tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri tal-Parlament
Skont l-Artikolu 7 tal-Kodiċi tal-Imġiba tal-Membri tal-Parlament Ewropew fil-qasam tal-interessi finanzjarji u tal-kunflitti ta' interessi, il-President iddeċieda li jaħtar, fil-25 ta' Novembru 2014, lil Jean-Marie Cavada (ALDE) bħala membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri tal-Parlament flok Francisco Sosa Wagner (ALDE).