10.4. Deċiżjoni li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għal att delegat: sistema provviżorja ta' pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni matul il-perjodu provviżorju (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2014, imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar is-sistema provviżorja ta’ pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni matul il-perjodu provviżorju (2014/2882(DEA)) (B8-0246/2014) - Kumitat ECON - Rapporteur: Elisa Ferreira
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)