Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 15 ta' Diċembru 2014 - Strasburgu

4. Kompożizzjoni tal-Parlament

Annemie Neyts-Uyttebroeck avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mill-1 ta' Jannar 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 4(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti li jiddekorri minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.

Il-President esprima ġieħ għall-ħidma ta' Annemie Neyts-Uyttebroeck tul il-mandat tagħha.

Avviż legali - Politika tal-privatezza