Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 16 ta' Diċembru 2014 - Strasburgu

5.1. Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew (votazzjoni)

(Votazzjoni permezz ta' vot sigriet)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

Il-President tiddikjara li rċeviet in-nomina ta' EMILY O'REILLY u fakkret fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 219 tar-Regoli ta' Proċedura u fil-modalitajiet prattiċi tal-votazzjoni.

Il-President ikkonstatat li l-kundizzjonijiet tal-elezzjoni ġew sodisfatti peress li iktar minn nofs il-Membri kienu preżenti.

Saret il-votazzjoni permezz ta' vot sigriet (569 favur, 66 kontra, 43 astensjoni).

Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti.

Il-President ipproklamat li ġiet eletta EMILY O'REILLY fil-kariga ta' Ombudsman Ewropew (P8_TA(2014)0073), ferħitilha għall-elezzjoni tagħha u stidnitha tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 219(7) tar-Regoli ta' Proċedura.

Avviż legali - Politika tal-privatezza