Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 16 ta' Diċembru 2014 - Strasburgu

13. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssirx oġġezzjoni lir-Regolament delegat tal-Kummissjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2014 li jisupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni C(2014)07674 - 2014/2923(DEA) (B8-0381/2014).

Jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew tal-anqas 40 Membru fi żmien 24 siegħa, ir-rakkomandazzjoni titqies approvata. Fil-każ kuntrarju, tkun sottoposta għall-votazzjoni.

Ir-rakkomandazzjoni hija disponibbli fuq is-sit Europarl.

Avviż legali - Politika tal-privatezza