Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 17 ta' Diċembru 2014 - Strasburgu

14. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2014 li jisupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni (C(2014)07674 – 2014/2923(DEA)) (B8-0381/2014) tħabbret fil-plenarja nhar it-Tlieta 16 ta' Diċembru 2014 (punt 13 tal- Minuti ta' 16.12.2014).

68 Membru qajmu oġġezzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni fi żmien 24 siegħa kif stabbilit fl-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.

Konsegwentement, din ir-rakkomandazzjoni ddaħħlet fil-ħin tal-votazzjonijiet tal-Ħamis 18 ta' Diċembru 2014.

Ġew stabbiliti dawn it-termini għat-tressiq li ġejjin:

- emendi: l-Erbgħa 17 ta' Diċembru 2014, 17.00.

- talbiet għal votazzjoni maqsuma, talbiet għal votazzjonijiet separati u talbiet għal votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet: l-Erbgħa 17 ta' Diċembru 2014, 19.00.

Avviż legali - Politika tal-privatezza