Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament Svizzeru, immexxija minn Kathy Riklin, akkumpanjata minn Roland Rino Buechel, Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kunsill Nazzjonali, u minn Christian Levrat, Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kunsill tal-Istati, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.