13. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar holdings importanti (C(2014)09656 – 2014/3016(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Diċembru 2014
Irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI (Artikolu 54), ECON (Artikolu 54)
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-perjodu ta' żmien u d-dati għall-inammissibbiltà tal-applikazzjonijiet (C(2014)09657 – 2014/3019(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Diċembru 2014
Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha (C(2014)09672 – 2014/3020(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Diċembru 2014
Irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN
- Regolament delegat tal-Kummissjoni dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l- Artikolu67(3) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2014)09796 – 2014/3022(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Diċembru 2014
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON (Artikolu 54), JURI (Artikolu 54)
- Regolament delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni ta' perjodi b'riskju ta' marġni (C(2014)09802 – 2014/3021(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Diċembru 2014
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Diċembru 2014
Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix (C(2014)10200 – 2015/2500(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Diċembru 2014