Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015 - Brussell

7. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi metodi ta’ teħid tal-kampjuni u kriterji ta’ rendiment għall-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ aċidu eruċiku f’oġġetti tal-ikel u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/891/KEE (D034437/03 - 2015/2529(RPS) - skadenza: 16/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-dokument ta’ referenza dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-kummerċ bl-imnut skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (D034884/03 - 2015/2534(RPS) - skadenza: 20/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jiddefinixxi l-kriterji ta’ aċċettabilità għall-proċessi ta’ detossifikazzjoni applikati għal prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D035528/05 - 2015/2536(RPS) - skadenza: 23/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
opinjoni: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-1,3-dikloropropen, il-bifenoks, id-dimetenammid-P, il-proeżadjon, it-tolilfluwanid u t-trifluralina f’ċerti prodotti jew fuqhom (D035771/02 - 2015/2517(RPS) - skadenza: 10/3/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda d-Deċiżjoni 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (D036059/02 - 2015/2531(RPS) - skadenza: 16/4/2015)
irriferut responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 321/2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' "vetturi ferrovjarji - vaguni tal-merkanzija" tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (D036064/02 - 2015/2523(RPS) - skadenza: 13/4/2015)
irriferut responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda d-definizzjoni ta' materjal riskjuż speċifikat stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (D036079/06 - 2015/2533(RPS) - skadenza: 17/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-L-lewċina bħala portatriċi għall-pilloli dolċifikanti għal fuq il-mejda (D036697/03 - 2015/2519(RPS) - skadenza: 13/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid (D036717/03 - 2015/2518(RPS) - skadenza: 13/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta’ koloranti tal-aluminju tal-koċineal, aċidu karminiku u karminji (E 120) fl-ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali (D036748/02 - 2015/2525(RPS) - skadenza: 14/3/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tal-aċidu benżojku – benżoati (E 210 – 213) f'gambli msajrin fis-salmura (D036749/02 - 2015/2532(RPS) - skadenza: 17/3/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 rigward il-livell massimu ta' PCB mhux simili għad-diossini fil-mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ (D036761/02 - 2015/2524(RPS) - skadenza: 14/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI.

Avviż legali - Politika tal-privatezza