Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015 - Brussell

10. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE)Nru1291/2013 u (UE) Nru1316/2013 (COM(2015)0010 - C8-0007/2015 - 2015/0009(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

BUDG, EMPL, ENVI, ITRE, TRAN, REGI, CULT

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (Kodifikazzjoni) (COM(2015)0008 - C8-0008/2015 - 2015/0006(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità EkonomikaEwropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0305 - C8-0009/2014 - 2014/0158(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13085/2014 - C8-0009/2015 - 2014/0224(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

DEVE, INTA

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0304 - C8-0010/2014 - 2014/0159(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta’Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (l-applikazzjoni FEG/2013/009 PL/Zachem mill-Polonja) (COM(2015)0013 - C8-0010/2015 - 2015/2016(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-Punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (l-applikazzjoni FEG/2013/011 BE/Saint-Gobain Sekurit mill-Belġju) (COM(2015)0009 - C8-0011/2015 - 2015/2017(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta’Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/014 DE/Aleo Solar) (COM(2014)0726 - C8-0012/2015 - 2015/2018(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-Punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta’Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut steel (Duferco-NLMK) mill-Belġju) (COM(2014)0725 - C8-0013/2015 - 2015/2019(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta’Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/012 BE/ArcelorMittal) (COM(2014)0734 - C8-0014/2015 - 2015/2020(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tiġi evitata diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini essenzjali (kodifikazzjoni) (COM(2014)0319 - C8-0015/2014 - 2014/0165(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta’Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/011 BE/Caterpillar) (COM(2014)0735 - C8-0015/2015 - 2015/2021(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehimiet, protokolli jew arranġamenti bilaterali oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Unjoni (COM(2014)0345 - C8-0023/2014 - 2014/0177(COD))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

JURI (Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (kodifikazzjoni) (COM(2014)0343 - C8-0024/2014 - 2014/0175(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (15914/2014 - C8-0024/2015 - 2014/0810(NLE))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0466 - C8-0107/2014 - 2014/0216(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (kodifikazzjoni) (COM(2014)0605 - C8-0171/2014 - 2014/0280(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal- Unjoni Ewropea (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0667 - C8-0232/2014 - 2014/0309(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

2) mill-Membri, il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-miżuri Ewropej fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u reati serji transnazzjonali oħrajn (B8-0066/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-Ewropa fil-qasam tal-valutazzjoni u l-prevenzjoni ta’ riskji għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (B8-0067/2015)

irriferut

responsabbli :

CULT

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-miżuri ta' sostenn għall-għaqdiet tal-volontarjat (B8-0068/2015)

irriferut

responsabbli :

CULT

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ħolqien ta' mekkaniżmu uniformi u trasparenti għall-iffissar tal-prezz tal-fjuwil fl-Unjoni Ewropea (B8-0069/2015)

irriferut

responsabbli :

IMCO

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu: monitoraġġ ta' websajts użati mit-terroristi (B8-0070/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina għall-esportazzjoni ta' ġobnijiet foloz "made in Italy" (B8-0071/2015)

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AGRI

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-arrest ta' raġel nisrani fl-Indja bl-akkuża li "xerred il-kristjaneżmu" (B8-0072/2015)

irriferut

responsabbli :

AFET

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-attakk terroristiku fuq il-persunal editorjali tal-gazzetta satirika Pariġina "Charlie Hebdo": is-sospensjoni tat-Trattat ta' Schengen u t-tisħiħ tal-kontrolli fl-Ewropa (B8-0073/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar iż-żieda tal-miżuri ta' kontroll, prevenzjoni u koordinament fost l-Istati Membri biex joħduha kontra l-attakki terroristiċi (B8-0074/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Joëlle Mélin u Mylène Troszczynski. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-iżvilupp ta' magna tat-tiftix Ewropea (B8-0075/2015)

irriferut

responsabbli :

ITRE

opinjoni :

LIBE

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ħolqien ta' "No Fly List" Ewropea (B8-0076/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-introduzzjoni ta' miżuri restrittivi u dazji fuq l-għasel importat minn pajjiżi terzi (B8-0077/2015)

irriferut

responsabbli :

INTA

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra r-reati ambjentali (B8-0078/2015)

irriferut

responsabbli :

JURI

- Dominique Bilde u Sophie Montel. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal fi Franza (B8-0079/2015)

irriferut

responsabbli :

EMPL

- Dominique Bilde, Steeve Briois u Sophie Montel. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-interruzzjoni immedjata tan-negozjati ta' adeżjoni mal-Albanija (B8-0080/2015)

irriferut

responsabbli :

AFET

- Mara Bizzotto, Mario Borghezio, Gianluca Buonanno, Lorenzo Fontana u Matteo Salvini. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ħarsien tad-drittijiet akkwiżiti tal-ħaddiema (B8-0081/2015)

irriferut

responsabbli :

EMPL

- Aldo Patriciello. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tax-xmajjar u l-lagi Ewropej (B8-0082/2015)

irriferut

responsabbli :

ENVI

- Aldo Patriciello. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kontroll tal-propaganda ġiħadista fuq l-internet (B8-0083/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Aldo Patriciello. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kontroll tal-funzjonament tal-proċeduri għaż-żarmar ta' bastimenti merkantili (B8-0084/2015)

irriferut

responsabbli :

ENVI

Avviż legali - Politika tal-privatezza