Indiċi 
Minuti
PDF 207kWORD 161k
L-Erbgħa, 28 ta' Jannar 2015 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 3.Talbiet għat-tneħħija tal-immunità parlamentari
 4.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 5.Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
 6.Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
 7.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Atti delegati (Artikolu 105(5) u (6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti
 10.Dokumenti mressqa
 11.Ordni tal-ħidma
 12.Miżuri kontra t-terroriżmu (dibattitu)
 13.Fond tal-UE għall-Investiment Strateġiku (dibattitu)
 14.Pjan direzzjonali lejn ftehim internazzjonali ġdid dwar il-klima f'Pariġi (dibattitu)
 15.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 16.Kompożizzjoni tal-kumitati
 17.Kompożizzjoni tal-Parlament
 18.Kalendarju tas-seduti li jmiss
 19.Interruzzjoni tas-sessjoni
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.00.


2. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


3. Talbiet għat-tneħħija tal-immunità parlamentari

L-awtoritajiet Griegi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Theodoros Zagorakis fl-ambitu ta' proċedura kriminali quddiem qorti f'Tessalonika.

L-awtoritajiet Pollakki kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Janusz Korwin-Mikke fl-ambitu ta' proċedura kriminali mibdija mill-prosekutur tad-distrett ta' Varsavja.

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn it-talbiet ġew irriferuti lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.


4. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

Il-President ħabbar li Amjad Bashir m'għadux membru tal-grupp EFDD u jaderixxi mal-grupp ECR, b'effett mid-data 23 ta' Jannar 2015.


5. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea;

- Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' sħubija u kooperazzjoni komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Vjetnam min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea;

- Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta' sħubija dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe;

- Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċċja l-konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020 u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija;

- Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal;

- Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal;

- Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea;

- Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta' sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw.


6. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

Skont l-Artikoli 27 u 179(2) u (3), tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits approva, waqt il-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Jannar 2015, il-proposta tal-Kummissjoni dwar it-trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 54/2014.


7. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi metodi ta’ teħid tal-kampjuni u kriterji ta’ rendiment għall-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ aċidu eruċiku f’oġġetti tal-ikel u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/891/KEE (D034437/03 - 2015/2529(RPS) - skadenza: 16/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-dokument ta’ referenza dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-kummerċ bl-imnut skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (D034884/03 - 2015/2534(RPS) - skadenza: 20/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jiddefinixxi l-kriterji ta’ aċċettabilità għall-proċessi ta’ detossifikazzjoni applikati għal prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D035528/05 - 2015/2536(RPS) - skadenza: 23/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
opinjoni: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-1,3-dikloropropen, il-bifenoks, id-dimetenammid-P, il-proeżadjon, it-tolilfluwanid u t-trifluralina f’ċerti prodotti jew fuqhom (D035771/02 - 2015/2517(RPS) - skadenza: 10/3/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda d-Deċiżjoni 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (D036059/02 - 2015/2531(RPS) - skadenza: 16/4/2015)
irriferut responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 321/2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' "vetturi ferrovjarji - vaguni tal-merkanzija" tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (D036064/02 - 2015/2523(RPS) - skadenza: 13/4/2015)
irriferut responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda d-definizzjoni ta' materjal riskjuż speċifikat stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (D036079/06 - 2015/2533(RPS) - skadenza: 17/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-L-lewċina bħala portatriċi għall-pilloli dolċifikanti għal fuq il-mejda (D036697/03 - 2015/2519(RPS) - skadenza: 13/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid (D036717/03 - 2015/2518(RPS) - skadenza: 13/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta’ koloranti tal-aluminju tal-koċineal, aċidu karminiku u karminji (E 120) fl-ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali (D036748/02 - 2015/2525(RPS) - skadenza: 14/3/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tal-aċidu benżojku – benżoati (E 210 – 213) f'gambli msajrin fis-salmura (D036749/02 - 2015/2532(RPS) - skadenza: 17/3/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 rigward il-livell massimu ta' PCB mhux simili għad-diossini fil-mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ (D036761/02 - 2015/2524(RPS) - skadenza: 14/4/2015)
irriferut responsabbli: ENVI.


8. Atti delegati (Artikolu 105(5) u (6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozz ta' att delegat li ġej intbagħat lill-Parlament:

- Regolament delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni ta' perjodi b'riskju ta' marġni (C(2014)09802 – 2014/3021(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 18 ta' Diċembru 2014 fuq talba tal-kumitat kompetenti.

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON.


9. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti

Modifiki tal-konsultazzjonijiet mal-Kumitati (Artikolu 53 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Nisfruttaw il-potenzjal ta' Riċerka u Innovazzjoni fl-Ekonomija Blu biex jinħolqu t-Tkabbir u l-Impjiegi (2014/2240(INI))
irriferut responsabbli: ITRE
opinjoni: PECH.


10. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE)Nru1291/2013 u (UE) Nru1316/2013 (COM(2015)0010 - C8-0007/2015 - 2015/0009(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

BUDG, EMPL, ENVI, ITRE, TRAN, REGI, CULT

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (Kodifikazzjoni) (COM(2015)0008 - C8-0008/2015 - 2015/0006(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità EkonomikaEwropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0305 - C8-0009/2014 - 2014/0158(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13085/2014 - C8-0009/2015 - 2014/0224(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

DEVE, INTA

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0304 - C8-0010/2014 - 2014/0159(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta’Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (l-applikazzjoni FEG/2013/009 PL/Zachem mill-Polonja) (COM(2015)0013 - C8-0010/2015 - 2015/2016(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-Punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta'Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (l-applikazzjoni FEG/2013/011 BE/Saint-Gobain Sekurit mill-Belġju) (COM(2015)0009 - C8-0011/2015 - 2015/2017(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta’Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/014 DE/Aleo Solar) (COM(2014)0726 - C8-0012/2015 - 2015/2018(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-Punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta’Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/007 BE/Hainaut steel (Duferco-NLMK) mill-Belġju) (COM(2014)0725 - C8-0013/2015 - 2015/2019(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta’Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/012 BE/ArcelorMittal) (COM(2014)0734 - C8-0014/2015 - 2015/2020(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tiġi evitata diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini essenzjali (kodifikazzjoni) (COM(2014)0319 - C8-0015/2014 - 2014/0165(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punt13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2ta’Diċembru2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/011 BE/Caterpillar) (COM(2014)0735 - C8-0015/2015 - 2015/2021(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehimiet, protokolli jew arranġamenti bilaterali oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Unjoni (COM(2014)0345 - C8-0023/2014 - 2014/0177(COD))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

JURI (Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (kodifikazzjoni) (COM(2014)0343 - C8-0024/2014 - 2014/0175(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-President tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (15914/2014 - C8-0024/2015 - 2014/0810(NLE))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0466 - C8-0107/2014 - 2014/0216(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (kodifikazzjoni) (COM(2014)0605 - C8-0171/2014 - 2014/0280(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal- Unjoni Ewropea (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0667 - C8-0232/2014 - 2014/0309(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

2) mill-Membri, il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-miżuri Ewropej fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u reati serji transnazzjonali oħrajn (B8-0066/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-Ewropa fil-qasam tal-valutazzjoni u l-prevenzjoni ta’ riskji għall-protezzjoni tal-wirt kulturali (B8-0067/2015)

irriferut

responsabbli :

CULT

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-miżuri ta' sostenn għall-għaqdiet tal-volontarjat (B8-0068/2015)

irriferut

responsabbli :

CULT

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ħolqien ta' mekkaniżmu uniformi u trasparenti għall-iffissar tal-prezz tal-fjuwil fl-Unjoni Ewropea (B8-0069/2015)

irriferut

responsabbli :

IMCO

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu: monitoraġġ ta' websajts użati mit-terroristi (B8-0070/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina għall-esportazzjoni ta' ġobnijiet foloz "made in Italy" (B8-0071/2015)

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AGRI

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-arrest ta' raġel nisrani fl-Indja bl-akkuża li "xerred il-kristjaneżmu" (B8-0072/2015)

irriferut

responsabbli :

AFET

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-attakk terroristiku fuq il-persunal editorjali tal-gazzetta satirika Pariġina "Charlie Hebdo": is-sospensjoni tat-Trattat ta' Schengen u t-tisħiħ tal-kontrolli fl-Ewropa (B8-0073/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar iż-żieda tal-miżuri ta' kontroll, prevenzjoni u koordinament fost l-Istati Membri biex joħduha kontra l-attakki terroristiċi (B8-0074/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Joëlle Mélin u Mylène Troszczynski. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-iżvilupp ta' magna tat-tiftix Ewropea (B8-0075/2015)

irriferut

responsabbli :

ITRE

opinjoni :

LIBE

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ħolqien ta' "No Fly List" Ewropea (B8-0076/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-introduzzjoni ta' miżuri restrittivi u dazji fuq l-għasel importat minn pajjiżi terzi (B8-0077/2015)

irriferut

responsabbli :

INTA

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra r-reati ambjentali (B8-0078/2015)

irriferut

responsabbli :

JURI

- Dominique Bilde u Sophie Montel. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal fi Franza (B8-0079/2015)

irriferut

responsabbli :

EMPL

- Dominique Bilde, Steeve Briois u Sophie Montel. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-interruzzjoni immedjata tan-negozjati ta' adeżjoni mal-Albanija (B8-0080/2015)

irriferut

responsabbli :

AFET

- Mara Bizzotto, Mario Borghezio, Gianluca Buonanno, Lorenzo Fontana u Matteo Salvini. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ħarsien tad-drittijiet akkwiżiti tal-ħaddiema (B8-0081/2015)

irriferut

responsabbli :

EMPL

- Aldo Patriciello. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tax-xmajjar u l-lagi Ewropej (B8-0082/2015)

irriferut

responsabbli :

ENVI

- Aldo Patriciello. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kontroll tal-propaganda ġiħadista fuq l-internet (B8-0083/2015)

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Aldo Patriciello. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kontroll tal-funzjonament tal-proċeduri għaż-żarmar ta' bastimenti merkantili (B8-0084/2015)

irriferut

responsabbli :

ENVI


11. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduta plenarja ta' Jannar II 2015 (PE 547.538/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

- Talba tal-grupp PPE biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: "Miżuri kontra t-terroriżmu" (2015/2530(RSP)) (punt 14 tal-abbozz definittiv tal-aġenda) bit-tressiq ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni li se tiġi vvutata waqt il-perjodu ta' sessjoni ta' Frar I.

Interventi ta': Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, biex iressaq it-talba, Guy Verhofstadt, biex jappoġġaha, u Birgit Sippel, kontra t-talba.

B'VE (205 favur, 140 kontra, 15-il astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

- Talba tal-grupp Verts/ALE sabiex tiddaħħal, mingħajr tressiq ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni, qabel il-punt "Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet politiċi importanti", li testendi s-sessjoni sad-21.00, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eskalazzjoni tal-kunflitt fl-Ukrajna u dwar l-attakki f'Mariupol.

Interventi ta': Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex tressaq it-talba, u Cristian Dan Preda, kontra t-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


12. Miżuri kontra t-terroriżmu (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Miżuri kontra t-terroriżmu (2015/2530(RSP))

Dimitris Avramopoulos (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
Viċi President

Interventi ta': Monika Hohlmeier f'isem il-Grupp PPE, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jonathan Arnott, dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu (Il-President għamel xi preċiżjonijiet), Paul Nuttall f'isem il-Grupp EFDD, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Rachida Dati, Birgit Sippel, Karol Karski, Sophia in 't Veld, Barbara Spinelli, Eva Joly, Laura Ferrara, Marine Le Pen, Roberta Metsola, Sylvie Guillaume, Beatrix von Storch, Cecilia Wikström, Judith Sargentini, Kristina Winberg, Diane Dodds, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jörg Leichtfried, Helga Stevens, Lorenzo Fontana, Michał Boni, Claude Moraes, Anders Primdahl Vistisen, Harald Vilimsky, Elisabetta Gardini, Geoffrey Van Orden, Marcel de Graaff, Axel Voss, Gerolf Annemans, Gianluca Buonanno, biex jitlob li jiġi organizzat dibattitu itwal dwar dan is-suġġett (Il-President fakkar il-proċedura li għandha tiġi segwita biex tintalab bidla fl-aġenda) u Teresa Jiménez-Becerril Barrio.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Alessandra Mussolini, Ana Gomes, Kazimierz Michał Ujazdowski, Izaskun Bilbao Barandica, Inês Cristina Zuber, Ignazio Corrao, Krisztina Morvai, Csaba Sógor, Juan Fernando López Aguilar, Angel Dzhambazki u Marielle de Sarnez.

Intervent ta': Dimitris Avramopoulos.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: il-perjodu ta' sessjoni li jmiss.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President


13. Fond tal-UE għall-Investiment Strateġiku (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Fond tal-UE għall-Investiment Strateġiku (2015/2522(RSP))

Zanda Kalniņa-Lukaševica (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jyrki Katainen (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Beatrix von Storch, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR, Pavel Telička f'isem il-Grupp ALDE, Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bernd Lucke, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Steven Woolfe f'isem il-Grupp EFDD, Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat, Françoise Grossetête, Isabelle Thomas, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michael Theurer, Joachim Starbatty, Younous Omarjee, Monika Vana, Marco Zanni, Esteban González Pons, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Kathleen Van Brempt, Ernest Urtasun, José Manuel Fernandes, Udo Bullmann, Wim van de Camp, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Lambert van Nistelrooij, Othmar Karas u Christian Ehler.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ivana Maletić, Inés Ayala Sender, Vicky Ford, Ivan Jakovčić, Miguel Viegas, Marco Valli, Zoltán Balczó, Franc Bogovič u Neena Gill.

Intervent ta': Jyrki Katainen.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Intervent ta': Zanda Kalniņa-Lukaševica.

Id-dibattitu ngħalaq.


14. Pjan direzzjonali lejn ftehim internazzjonali ġdid dwar il-klima f'Pariġi (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Pjan direzzjonali lejn ftehim internazzjonali ġdid dwar il-klima f'Pariġi (2015/2521(RSP))

Zanda Kalniņa-Lukaševica (President fil-kariga tal-Kunsill) u Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Ivo Belet f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marek Jurek, Kathleen Van Brempt f'isem il-Grupp S&D, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Andrzej Duda, Ian Duncan f'isem il-Grupp ECR, José Inácio Faria f'isem il-Grupp ALDE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Yannick Jadot f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Affronte f'isem il-Grupp EFDD, Zoltán Balczó Membru mhux affiljat, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Jadwiga Wiśniewska, Kateřina Konečná, Julia Reid, Giovanni La Via, Pervenche Berès, Neoklis Sylikiotis, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Indrek Tarand, Linda McAvan, Massimo Paolucci, Pavel Poc u Carlos Zorrinho.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Davor Ivo Stier, Doru-Claudian Frunzulică, Lidia Senra Rodríguez, Eleonora Evi, Ricardo Serrão Santos u Piernicola Pedicini.

Interventi ta': Miguel Arias Cañete u Zanda Kalniņa-Lukaševica.

Id-dibattitu ngħalaq.


15. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Rosa Estaràs Ferragut, Adam Gierek, Bernd Lucke, Ivan Jakovčić, Marina Albiol Guzmán, Davor Škrlec, Ignazio Corrao, Konstantinos Papadakis, Tomáš Zdechovský, Siôn Simon, Jan Zahradil, Urmas Paet, Indrek Tarand, Lefteris Christoforou, Alessia Maria Mosca, Julie Girling, Ivo Vajgl, Jarosław Kalinowski, Jude Kirton-Darling, Gabriel Mato, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Jarosław Wałęsa, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová u Paul Brannen.


16. Kompożizzjoni tal-kumitati

Il-President irċieva t-talba ta' ħatra li ġejja mill-grupp ECR:

Kumitat AFET: Amjad Bashir minflok Syed Kamall.

Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


17. Kompożizzjoni tal-Parlament

Georgios Katrougkalos ħabbar in-nomina tiegħu bħala membru tal-gvern Grieg.

Il-Parlament ħa nota ta' dan u, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett u l-Artikolu 4(1) u (4), it-tieni subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura, stabbilixxa li l-post tiegħu huwa vakanti b'effett mid-data 27/01/2015.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti li jiddekorri minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.


18. Kalendarju tas-seduti li jmiss

Is-seduti li jmiss se jsiru mid-data 9 sad-data 12 ta' Frar 2015.


19. Interruzzjoni tas-sessjoni

Is-sessjoni tal-Parlament Ewropew ġiet interrotta.

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 20.25.

Klaus Welle

Martin Schulz

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aiuto, Albiol Guzmán, Albrecht, Ali, Aliot, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Ashworth, Assis, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Berès, Bilbao Barandica, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boștinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Brannen, Bresso, Briano, Buchner, Buda, Bullmann, Buonanno, Bușoi, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Caputo, Carver, Castaldo, Cavada, Ceballos, Charanzová, Chauprade, Childers, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Comi, Comodini Cachia, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, van Dalen, Dalli, Dalton, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danti, Dati, De Backer, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Deprez, de Sarnez, Deß, Deutsch, Deva, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds Anneliese, Dodds Diane, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Duda, Duncan, Durand, Eck, Ehler, Eickhout, Engel, Epitideios, Erdős, Eriksson, Ernst, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Fajon, Farage, Federley, Ferber, Fernandes, Ferrand, Ferrara, Ferreira Elisa, Flašíková Beňová, Florenz, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fountoulis, Fox, Gabriel, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gericke, Geringer de Oedenberg, Gierek, Gill Nathan, Gill Neena, Girling, Giuffrida, Glezos, Goddyn, Goerens, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Goulard, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Griesbeck, Grigule, Gróbarczyk, Groote, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Harkin, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Helmer, Herranz García, Hetman, Hohlmeier, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Hyusmenova, in 't Veld, Iotova, Iturgaiz, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jansen, Jáuregui Atondo, Ježek, Joly, Juaristi Abaunz, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kamall, Kammerevert, Karas, Karim, Kariņš, Karlsson, Kelam, Keller Jan, Khan, Kirkhope, Kirton-Darling, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lambsdorff, Landsbergis, Lange, de Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Legutko, Le Hyaric, Leichtfried, Leinen, Lenaers, Le Pen Marine, Lewandowski, Lewer, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Loones, Lope Fontagné, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McGuinness, Mach, McIntyre, Macovei, Maeijer, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Maragall, Marias, Marinescu, Martin Edouard, Marusik, Maštálka, Matias, Mato, Maurel, Mavrides, Mayer, Mazuronis, Meissner, Mélin, Melior, Messerschmidt, Meszerics, Metsola, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Morvai, Mosca, Mureșan, Mussolini, Nagy, Negrescu, Nekov, Nica, Nicholson, Nicolai, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, van Nistelrooij, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Parker, Pașcu, Patriciello, Paulsen, Paunova, Pavel, Pedicini, Peillon, Petersen, Petir, Picierno, Pieper, Piotrowski, Pirinski, Pitera, Plenković, Plura, Poc, Pogliese, Polčák, Ponga, Pospíšil, Preda, Pretzell, Proust, Radev, Ransdorf, Rebega, Reding, Regner, Rehn, Reid, Reul, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodriguez-Rubio, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Saïfi, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, Sârbu, Sargentini, Saryusz-Wolski, Sassoli, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schuster, Schwab, Sebastià, Sehnalová, Senra Rodríguez, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Sippel, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Sommer, Soru, Spinelli, Spyraki, Staes, Stanishev, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stolojan, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tang, Tapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terho, Theocharous, Theurer, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomc, Toom, Tørnæs, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Turmes, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Urutchev, Vajgl, Vălean, Valenciano, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg, Wałęsa, Weber Renate, Weidenholzer, Wenta, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wojciechowski, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Żółtek, Zorrinho, Zullo, Zver

Skużati:

Crowley, Girauta Vidal, Händel, Rodust

Avviż legali - Politika tal-privatezza