4. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat ENVI bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:
- Rettifika (P8_TA-PROV(2015)0004(COR01)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-13 ta' Jannar 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom (P8_TA-PROV(2015)0004) (10972/3/2014 – C8-0145/2014 – 2010/0208(COD))
Ir-rettifika hija disponibbli fuq Europarl.
Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.