Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Konferenza ta' Rieżami tal-2015 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT) (2015/2555(RSP))
Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Michael Gahler f'isem il-Grupp PPE, Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR, Sabine Lösing f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bodil Valero f'isem il-Grupp Verts/ALE, Mike Hookem f'isem il-Grupp EFDD, Doru-Claudian Frunzulică, Marek Jurek, Fabio Massimo Castaldo, Jeppe Kofod, Zigmantas Balčytis u Brando Benifei.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Julie Ward, Ivan Jakovčić, João Ferreira u Ignazio Corrao.