Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 11 ta' Frar 2015 - Strasburgu

6. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-AnnessIV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni għaċ-ċomb fis-sensuri tal-klorur tal-polivinil f'apparat mediku dijanjostiku in vitro (C(2015)00328 – 2015/2546(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 Jannar 2015
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (C(2015)00361 – 2015/2545(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 30 Jannar 2015
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-AnnessIII tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni għall-applikazzjonijiet tal-illuminazzjoni ġenerali u tal-illuminazzjoni tal-iskrins li fihom il-kadmju (C(2015)00383 – 2015/2542(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 Jannar 2015
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-AnnessIV tad-Direttiva2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni għall-merkurju f'sistemi ta' immaġnijiet intravaskulari ultrasonori (C(2015)00386 – 2015/2544(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 Jannar 2015
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-2.2.2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward ta' dispożizzjonijiet tranżitorji (C(2015)00398 – 2015/2547(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 2 Frar 2015
Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

Avviż legali - Politika tal-privatezza