Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 25 ta' Frar 2015 - Brussell

3. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Taljani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Damiano Zoffoli minflok Alessandra Moretti bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 18 ta' Frar 2015.

Il-Parlament ħa nota ta' dan u, skont l-Artikolu 7(3) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett u l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, stabbilixxa li l-post tagħha huwa vakanti b'effett mid-data 18 ta' Frar 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Damiano Zoffoli jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

°
° ° °

Teresa Rodriguez-Rubio avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 5 ta' Marzu 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti mill-5 ta' Marzu 2015 u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.

Avviż legali - Politika tal-privatezza