6. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam il-limitu ta’ vulnerabbiltà ddefinit fil-punt 1(b) tal-Anness VII ta’ dak ir-Regolament (C(2015)00596 – 2015/2568(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 9 Frar 2015
Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 rigward referenzi fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2015)00680 – 2015/2577(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 Frar 2015
Irriferut lill-kumitat responsabbli: REGI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), EMPL (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [etanol] ta' oriġini agrikola (C(2015)00861 – 2015/2580(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 20 Frar 2015