Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 25 ta' Frar 2015 - Brussell

10. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet u deċiżjonijiet baġitarji

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-riport mhux awtomatiku mill-2014 għall-2015 u dwar l-approprjazzjonijiet ta' impenn li għandhom jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-2015, bi qbil mal-Artikoli 13, 169 u 178 tar-Regolament Finanzjarju.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) informa lill-Parlament Ewropew minn kmieni dwar proġett ta' bini li probabbli jkollu impatti finanzjarji sinifikanti fuq il-Baġit 2018 u warajh, bi qbil mal-Artikolu 203(4) u (7) tar-Regolament Finanzjarju.

Il-baġit, flimkien mal-organigramma għall-2015, tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju, bi qbil mal-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju.

Avviż legali - Politika tal-privatezza