6. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat IMCO bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:
Rettifika P7_TA(2011)0218(COR02)għar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta' fibri tat-tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessuti u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-11 ta' Mejju 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament msemmi hawn fuq P7_TA(2011)0218 (ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 252)) (13807/4/2010 – C7-0017/2011 – 2009/0006(COD))
Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.
Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl.