Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 9 ta' Marzu 2015 - Strasburgu

7. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Rapporti Verbatim

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 11 ta' Marzu 2015 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom (00001/2015/LEX - C8-0071/2015 - 2010/0208(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (00103/2014/LEX - C8-0070/2015 - 2014/0218(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-esportazzjoni (test kodifikat) (00102/2014/LEX - C8-0069/2015 - 2014/0167(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (kodifikazzjoni) (00101/2014/LEX - C8-0068/2015 - 2014/0166(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tieħu relattivament għall-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping jew kontra s-sussidji ma' miżuri ta’ salvagwardja (kodifikazzjoni) (00100/2014/LEX - C8-0067/2015 - 2014/0164(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda (kodifikazzjoni) (00098/2014/LEX - C8-0066/2015 - 2014/0160(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (kodifikazzjoni) (00099/2014/LEX - C8-0065/2015 - 2014/0163(COD)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza