Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 9 ta' Marzu 2015 - Strasburgu

12. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Marzu I 2015 (PE 550.479/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

°
° ° °

Intervent ta': Emmanouil Glezos, dwar is-sitwazzjoni fil-Greċja, Claudia Tapardel, biex titlob li jittieħdu sanzjonijiet fil-konfront ta' Gianluca Buonanno, minħabba l-affermazzjonijiet tiegħu, li hi tiddefinixxi bħala razzisti, u Gerard Batten (il-President wieġeb lil Claudia Tapardel li huwa mhuwiex kompetenti biex jissanzjona l-affermazzjonijiet li saru barra mill-Parlament, iżda li se jgħarraf il-provvedimenti li se jittieħdu fil-konfront ta' Gianluca Buonanno b'segwitu għall-aġir tiegħu fil-Parlament).

°
° ° °


It-Tnejn u it-Tlieta

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp PPE biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Iż-żieda tal-anti-Semitiżmu, tal-Iżlamofobija u tal-estremiżmu vjolenti fl-UE" (2015/2595(RSP)) (Point 74 du PDOJ) bil-preżentazzjoni ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni, imniżżla fil-ħin tal-votazzjonijiet tas-sessjoni parzjali ta' April II.

Interventi ta': Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE, biex tiġġustifika t-talba, Monika Hohlmeier, biex tissekondaha, u Birgit Sippel, kontra t-talba.

B'VE (152 favur, 152 kontra, 12-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp PPE biex tiddaħħal, bħala t-tieni punt tal-aġenda tal-Ħamis, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni – mingħajr preżentazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet – dwar l-affluss possibbli tal-massa ta' migranti fil-fruntieri tal-UE minħabba l-avvanzi reċenti ta' militanti tal-Istat Iżlamiku fil-Libja.

Interventi ta': Monika Hohlmeier f'isem il-Grupp PPE, biex tiġġustifika t-talba, Roberta Metsola, biex tissekondaha, Enrique Guerrero Salom, biex jipproponi li d-dikjarazzjoni tirreferi b'mod aktar ġenerali għas-sitwazzjoni fil-Libja u ma tirrigwardax esklużivament il-fluss ta' migranti, Monika Hohlmeier u Enrique Guerrero Salom, biex jippreċiżaw il-proposti tagħhom, u l-President li ppropona t-titolu segwenti: "Sitwazzjoni instabbli fil-Libja u konsegwenzi relatati".

Il-Parlament approva din l-aħħar proposta.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza