Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali [11296/3/2014 - C8-0294/2014 - 2013/0105(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Jörg Leichtfried (A8-0032/2015)
Interventi ta': Markus Ferber f'isem il-Grupp PPE, Ismail Ertug f'isem il-Grupp S&D, Peter van Dalen f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Lucy Anderson, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Keith Taylor f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Peter van Dalen, Peter Lundgren f'isem il-Grupp EFDD, Marie-Christine Arnautu Membru mhux affiljata, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gesine Meissner, Wim van de Camp, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Jacqueline Foster, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gesine Meissner, Philippe De Backer, Jill Seymour, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jacqueline Foster, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Bogusław Liberadzki, Tomasz Piotr Poręba, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Petr Mach, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Andor Deli, Olga Sehnalová, Kosma Złotowski, Dieter-Lebrecht Koch, Lucy Anderson, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Peter Lundgren, Henna Virkkunen, István Ujhelyi u Dubravka Šuica, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Gesine Meissner.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly, Claudia Tapardel, Notis Marias, Bill Etheridge u Angel Dzhambazki.