2. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limiti massimi ta' residwi għall-aċetamiprid, l-ametoktradin, l-amisulbrom, il-bupirimat, il-klofenteżina, l-etefon, l-etirimol, il-fluwopikolid, l-imażapik, il-propamokarb, il-piraklostrobin u t-taw-fluvalinat f'ċerti prodotti jew fuqhom (D036754/02 - 2015/2608(RPS) - skadenza: 6/5/2015) irriferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar- Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-livelli massimi ta’ residwi għat-2,4,5-T, il-barban, il-binapakril, il-bromofos-etil, il-kamfeklor (toksafen), il-klorbufam, il-kloroksuron, il-klożolinat, id-DNOC, id-diallat, id-dinoseb, id-dinoterb, id-dioksatijon, l-ossidu tal-etilen, l-aċetat tal-fentin, l-idrossidu tal-fentin, il-fluċikloksuron, il-fluċitrinat, il-formotijon, il-mekarbam, il-metakrifos, il-monolinuron, il-fenotrin, il-profam, il-pirażofos, il-kinalfos, ir-resmetrina, it-teknażen u l-vinklożolin f'ċerti prodotti jew fuqhom (D036786/02 - 2015/2607(RPS) - skadenza: 6/5/2015) irriferut responsabbli: ENVI
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 2009/568/KE, 2011/333/UE, 2011/381/UE, 2012/448/UE u 2012/481/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (D037968/02 - 2015/2583(RPS) - skadenza: 25/5/2015) irriferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D038087/02 - 2015/2587(RPS) - skadenza: 27/5/2015) irriferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D038088/01 - 2015/2588(RPS) - skadenza: 27/5/2015) irriferut responsabbli: ENVI
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (D038234/02 - 2015/2584(RPS) - skadenza: 26/5/2015) irriferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda, fir-rigward tal-kummerċ fl-ispeċijiet tal-fawna u l-flora selvaġġi, ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (D038446/01 - 2015/2581(RPS) - skadenza: 24/5/2015) irriferut responsabbli: ENVI.
3. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika C(2015)01264 - 2015/2585(DEA) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 26 ta' Frar 2015 Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 529/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-approċċi interni meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq (C(2015)01365 – 2015/2591(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 4 ta' Marzu 2015 Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (C(2015)00361 - 2015/2545(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Jannar 2015 fuq talba tal-kumitat responsabbli, sat-30 ta' April 2015. Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON.
4. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kummissjoni u mill-Qorti tal-Ġustizzja
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 12/2015 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0023/2015 - C8-0045/2015 - 2015/2050(GBD))
irriferut
responsabbli:
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 1/2015 - Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja (N8-0024/2015 - C8-0046/2015 - 2015/2054(GBD))
irriferut
responsabbli:
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 13/2015 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0025/2015 - C8-0055/2015 - 2015/2055(GBD))
irriferut
responsabbli:
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 11/2015 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0026/2015 - C8-0060/2015 - 2015/2057(GBD))
irriferut
responsabbli:
BUDG
2) mill-kumitati parlamentari
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis (2015/2048(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0044/2015)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sergei Stanishev (2014/2259(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Andrzej Duda (A8-0045/2015).
5. Il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet (2015/2564(RSP))
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Roberta Metsola, Monika Hohlmeier, Tadeusz Zwiefka, Elissavet Vozemberg, Michał Boni, Jeroen Lenaers, Anna Maria Corazza Bildt, Kinga Gál, Traian Ungureanu, József Nagy, Lara Comi, Theodoros Zagorakis, Maria Spyraki, Barbara Matera, Alessandra Mussolini u Emil Radev f'isem il-Grupp PPE, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet (2015/2564(RSP)) (B8-0217/2015/rev);
- Birgit Sippel, Miriam Dalli, Silvia Costa u Viorica Dăncilă f'isem il-Grupp S&D, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet (2015/2564(RSP)) (B8-0218/2015);
- Timothy Kirkhope, Julie Girling, Jørn Dohrmann, Helga Stevens, Beatrix von Storch, Emma McClarkin, Jussi Halla-aho, Ruža Tomašić, Daniel Dalton, Vicky Ford, Evžen Tošenovský, Kazimierz Michał Ujazdowski, Marek Józef Gróbarczyk, Anna Elżbieta Fotyga, Zdzisław Krasnodębski, Janusz Wojciechowski, Jadwiga Wiśniewska, Branislav Škripek u Beata Gosiewska f'isem il-Grupp ECR, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet (2015/2564(RSP)) (B8-0219/2015);
- Laura Ferrara, Kristina Winberg, Peter Lundgren, Valentinas Mazuronis u Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet (2015/2564(RSP)) (B8-0220/2015);
- Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Gérard Deprez, Petr Ježek, Cecilia Wikström, Javier Nart, Juan Carlos Girauta Vidal u Dita Charanzová f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet (2015/2564(RSP)) (B8-0226/2015);
- Martina Anderson, Kateřina Konečná, Malin Björk, Lynn Boylan, Matt Carthy, Liadh Ní Riada, Dimitrios Papadimoulis, Kostas Chrysogonos, Sofia Sakorafa u Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar immaġnijiet ta' abbuż sesswali tat-tfal online (2015/2564(RSP)) (B8-0227/2015).
6. Tħejjija tal-Kunsill Ewropew (19-20 ta' Marzu 2015) (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija tal-Kunsill Ewropew (19-20 ta' Marzu 2015) (2014/2941(RSP))
Zanda Kalniņa-Lukaševica (President fil-kariga tal-Kunsill), Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) u Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Emmanouil Glezos, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' John Stuart Agnew, Andrzej Duda f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Marcel de Graaff Membru mhux affiljat, Herbert Reul, Knut Fleckenstein, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Angel Dzhambazki, Ashley Fox, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' James Carver, Neoklis Sylikiotis, David Borrelli, Konstantinos Papadakis, Andrzej Grzyb, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Kathleen Van Brempt, Notis Marias, Rolandas Paksas, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ildikó Gáll-Pelcz, Marine Le Pen, Alain Lamassoure, Matthias Groote u Harald Vilimsky, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michael Theurer.
PRESIDENZA: Antonio TAJANI Viċi President
Interventi ta': Esteban González Pons, Jeppe Kofod u Pervenche Berès.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Milan Zver, Costas Mavrides, Ivan Jakovčić u João Ferreira.
Interventi ta': Frans Timmermans u Zanda Kalniņa-Lukaševica.
Id-dibattitu ngħalaq.
7. Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 - Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 - Il-governanza tas-Suq Uniku fis-Semestru Ewropew 2015 (dibattitu)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 [2014/2221(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Dariusz Rosati (A8-0037/2015)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 [2014/2222(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Sergio Gutiérrez Prieto (A8-0043/2015)
Rapport dwar il-governanza tas-Suq Uniku fis-Semestru Ewropew 2015 [2014/2212(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Ildikó Gáll-Pelcz (A8-0018/2015)
Dariusz Rosati (rapporteur) ippreżenta r-rapport tiegħu.
PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI Viċi President
Ildikó Gáll-Pelcz u Sergio Gutiérrez Prieto ppreżentaw ir-rapporti tagħhom.
Interventi ta': Zanda Kalniņa-Lukaševica (President fil-kariga tal-Kunsill), Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni), Marianne Thyssen (Membru tal-Kummissjoni) u Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Jean Arthuis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Giorgos Grammatikakis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Sofia Ribeiro f'isem il-Grupp PPE, Alfred Sant f'isem il-Grupp S&D, Sampo Terho f'isem il-Grupp ECR, Nils Torvalds f'isem il-Grupp ALDE, Miguel Viegas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Laura Agea f'isem il-Grupp EFDD, Mara Bizzotto Membru mhux affiljata, Françoise Grossetête, Maria João Rodrigues, Anthea McIntyre, Antanas Guoga, Marisa Matias, Monika Vana, Patrick O'Flynn, Hans Jansen, Burkhard Balz, Elisa Ferreira, Vicky Ford, Enrique Calvet Chambon, Inês Cristina Zuber, Pascal Durand, Marco Zullo, Gerolf Annemans, David Casa, Jutta Steinruck, Bernd Lucke, Lampros Fountoulis, Andreas Schwab, Marita Ulvskog, Zdzisław Krasnodębski, Brian Hayes, Evelyne Gebhardt, Anneleen Van Bossuyt, Pablo Zalba Bidegain, Brando Benifei, Theodor Dumitru Stolojan, Sergio Gaetano Cofferati, Eva Paunova, Nicola Danti, Esther de Lange, Marc Tarabella, Tom Vandenkendelaere, Othmar Karas u Verónica Lope Fontagné.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Dominique Bilde, Marco Valli, Kostas Chrysogonos, Notis Marias, Doru-Claudian Frunzulică u Csaba Sógor.
8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-gruppi GUE/NGL u S&D:
Kumitat ITRE: Miguel Urbán Crespo minflok Pablo Echenique
Kumitat ENVI: Pablo Echenique minflok Teresa Rodriguez-Rubio
Kumitat FEMM: Pina Picierno
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: Miguel Urbán Crespo minflok Teresa Rodriguez-Rubio
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi: Miguel Urbán Crespo minflok Teresa Rodriguez-Rubio.
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
9. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
° ° ° °
Interventi ta': Teresa Jiménez-Becerril Barrio, biex tfakkar li nhar il-11 ta' Marzu huwa l-jum li jfakkar il-vittmi tat-terroriżmu, u Eleonora Forenza, biex titlob li jittieħdu sanzjonijiet kontra Gianluca Buonanno, minħabba l-affermazzjonijiet tiegħu, li hi tiddefinixxi bħala razzisti (il-President għarrfet li l-President tal-Parlament diġà kien tkellem f'dan ir-rigward).
9.1. Regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (riformulazzjoni) [COM(2014)0323 - C8-0014/2014- 2014/0168(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0014/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
9.2. Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mar-Repubblika tal-Montenegro ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (test kodifikat) [COM(2014)0374 - C8-0035/2014 - 2014/0190(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Andrzej Duda (A8-0051/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
9.3. Kwoti tariffarji tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (test kodifikat) [COM(2014)0594 - C8-0169/2014 - 2014/0276(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Andrzej Duda (A8-0052/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
9.4. L-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (test kodifikat) [COM(2014)0586 - C8-0166/2014 - 2014/0272(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Andrzej Duda (A8-0048/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
9.5. Is-sospensjoni ta' ċerti konċessjonijiet relatati mal-importazzjoni fil-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni) ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissospendi ċerti konċessjonijiet relatati mal-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni) [COM(2014)0593 - C8-0170/2014 - 2014/0275(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Andrzej Duda (A8-0050/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
9.6. Stabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim emendat għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran [14993/2014 - C8-0027/2015 - 2014/0274(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0038/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
9.8. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sergei Stanishev (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)
Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sergei Stanishev [2014/2259(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Andrzej Duda (A8-0045/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
9.9. Linji gwida għall-baġit 2016 – Taqsima III (votazzjoni)
Rapport dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni [2015/2008(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: José Manuel Fernandes (A8-0027/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
9.10. Rapport Annwali 2013 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE - Il-ġlieda kontra l-frodi (votazzjoni)
Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2013 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE – Il-ġlieda kontra l-frodi [2014/2155(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Georgi Pirinski (A8-0024/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)
9.15. Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (votazzjoni)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 [2014/2221(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Dariusz Rosati (A8-0037/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)
9.16. Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (votazzjoni)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 [2014/2222(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Sergio Gutiérrez Prieto (A8-0043/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)
9.17. Il-governanza tas-Suq Uniku fis-Semestru Ewropew 2015 (votazzjoni)
Rapport dwar il-governanza tas-Suq Uniku fis-Semestru Ewropew 2015 [2014/2212(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Ildikó Gáll-Pelcz (A8-0018/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)
Monika Hohlmeier, Ivo Belet, Roberta Metsola, Tadeusz Zwiefka, Michał Boni, Nadine Morano, Alessandra Mussolini, Barbara Matera u Kinga Gál f'isem il-Grupp PPE;
Birgit Sippel, Caterina Chinnici, Sorin Moisă, Claudia Tapardel, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Viorica Dăncilă, Silvia Costa, Miriam Dalli, Nicola Caputo u Zigmantas Balčytis f'isem il-Grupp S&D;
Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR;
Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Gérard Deprez, Petr Ježek, Cecilia Wikström, Javier Nart, Juan Carlos Girauta Vidal, Dita Charanzová, Frédérique Ries, Pavel Telička, Marielle de Sarnez, Ramon Tremosa i Balcells, Louis Michel u Maite Pagazaurtundúa Ruiz f'isem il-Grupp ALDE;
(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0227/2015 iddekadiet.)
° ° ° °
Intervent ta': Bruno Gollnisch, għal punt ta' ordni li jirrigwarda r-rikors għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi dwar l-assistenti parlamentari tal-Membri Parlamentari tal-Front National u biex jipprotesta dwar il-fatt li dan ir-rikors sar pubbliku (il-President għarrfet li l-President tal-Parlament se jkun informat).
10. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
Spjegazzjonijiet orali tal-vot:
Rapport José Manuel Fernandes - A8-0027/2015 Liadh Ní Riada, Morten Messerschmidt u Stanislav Polčák
Rapport Georgi Pirinski - A8-0024/2015 Jiří Pospíšil, Michela Giuffrida, Brian Hayes, Ivana Maletić, Morten Messerschmidt u Stanislav Polčák
Rapport ta' Progress tal-2014 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja- B8-0212/2015 Biljana Borzan, Franc Bogovič, Angel Dzhambazki u Marijana Petir
Rapport ta' Progress tal-2014 dwar is-Serbja - B8-0213/2015(2014/2949(RSP)) Jiří Pospíšil, Franc Bogovič, Angel Dzhambazki, Marijana Petir, Csaba Sógor u Igor Šoltes
Il-Proċess ta' Integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo- B8-0214/2015(2014/2950(RSP)) Franc Bogovič, Angel Dzhambazki, Jean-François Jalkh u Izaskun Bilbao Barandica
Rapport Dariusz Rosati - A8-0037/2015 Michela Giuffrida, Neena Gill, Ivana Maletić, Caterina Chinnici, Morten Messerschmidt u Zoltán Balczó.
L-ispjegazzjonijiet tal-vot se jkomplu waqt is-seduta tal-ġurnata segwenti il-Ħamis 12 ta' Marzu 2015.
11. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq il-Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.45. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.05)
PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF Viċi President
12. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
13. L-omiċidju tal-kap tal-oppożizzjoni Russu Boris Nemtsov u l-istat tad-demokrazija fir-Russja (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: L-omiċidju tal-kap tal-oppożizzjoni Russu Boris Nemtsov u l-istat tad-demokrazija fir-Russja (2015/2592(RSP))
Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Sandra Kalniete f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Knut Fleckenstein f'isem il-Grupp S&D, Andrzej Duda f'isem il-Grupp ECR, Johannes Cornelis van Baalen f'isem il-Grupp ALDE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Reinhard Bütikofer, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Valentinas Mazuronis f'isem il-Grupp EFDD, Matteo Salvini Membru mhux affiljat, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, Cristian Dan Preda, Marju Lauristin, Mark Demesmaeker, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Petras Auštrevičius, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jean-Luc Schaffhauser, Jiří Maštálka, Tamás Meszerics, Jean-Luc Schaffhauser, Elmar Brok, Jean-Luc Schaffhauser dwar fatt personali b'segwitu tal-intervent ta' Elmar Brok, Elmar Brok dwar dan l-intervent, Liisa Jaakonsaari, Marek Jurek, Kaja Kallas, Heidi Hautala, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Gabrielius Landsbergis, Boris Zala, Kazimierz Michał Ujazdowski, Pavel Telička, Tunne Kelam, Brando Benifei, Beata Gosiewska, Ivo Vajgl, Jaromír Štětina, Georgi Pirinski, Michael Gahler, Richard Howitt, Gunnar Hökmark u Othmar Karas.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Fabio Massimo Castaldo, Urmas Paet, Igor Šoltes, Zdzisław Krasnodębski u Gerard Batten.
Intervent ta': Federica Mogherini.
PRESIDENZA: Ildikó GÁLL-PELCZ Viċi President
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
14. Rapport annwali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew (dibattitu)
Rapport dwar ir-Rapport Annwali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew [2014/2219(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Elmar Brok (A8-0039/2015)
Elmar Brok ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).
Interventi ta': Indrek Tarand (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Andrej Plenković f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Ioan Mircea Paşcu f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Marine Le Pen, dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu (il-President għamlet xi kjarifiki), Jozo Radoš f'isem il-Grupp ALDE, Sabine Lösing f'isem il-Grupp GUE/NGL, Tamás Meszerics f'isem il-Grupp Verts/ALE, James Carver f'isem il-Grupp EFDD, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, Francisco José Millán Mon, Victor Boştinaru, Anna Elżbieta Fotyga, Urmas Paet, Takis Hadjigeorgiou, Fabio Massimo Castaldo, Marine Le Pen, Mariya Gabriel, Vincent Peillon, David Campbell Bannerman, Konstantinos Papadakis, Jo Leinen, Udo Voigt, Ramona Nicole Mănescu, Richard Howitt, Zoltán Balczó, Tunne Kelam, Eugen Freund, Gerolf Annemans, Eleni Theocharous, Javi López, Eduard Kukan, Jeppe Kofod, Seán Kelly u Francisco Assis.
PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU Viċi President
Interventi ta': Paulo Rangel, Boris Zala u Ana Gomes.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Andrea Bocskor, Silvia Costa, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Tatjana Ždanoka u Bill Etheridge.
15. Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2013 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (dibattitu)
Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni [2014/2216(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Pier Antonio Panzeri (A8-0023/2015)
Pier Antonio Panzeri ppreżenta r-rapport.
Intervent ta': Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).
Interventi ta': Heidi Hautala (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Jana Žitňanská (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, Elena Valenciano f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Beatriz Becerra Basterrechea f'isem il-Grupp ALDE, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ignazio Corrao f'isem il-Grupp EFDD, Diane Dodds Membru mhux affiljata, Andrzej Grzyb, Josef Weidenholzer, Bas Belder, Ivo Vajgl, Josep-Maria Terricabras, James Carver, Aymeric Chauprade, László Tőkés, Elena Valenciano, dwar l-intervent ta' Aymeric Chauprade, Richard Howitt, Marek Jurek, Laura Ferrara, Udo Voigt, Kinga Gál, Andi Cristea, Ruža Tomašić, Nicolas Bay, Thomas Mann, Liliana Rodrigues, Eleftherios Synadinos, Davor Ivo Stier u Ana Gomes.
PRESIDENZA: Ildikó GÁLL-PELCZ Viċi President
Interventi ta': Jaromír Štětina, Francisco José Millán Mon, Paulo Rangel, Therese Comodini Cachia, Daniel Buda, Eduard Kukan, Andrej Plenković u Deirdre Clune.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Doru-Claudian Frunzulică, Angel Dzhambazki, Izaskun Bilbao Barandica, Kostas Chrysogonos, Igor Šoltes u Fabio Massimo Castaldo.
Interventi ta': Federica Mogherini u Pier Antonio Panzeri.
16. Sitwazzjoni instabbli fil-Libja u konsegwenzi relatati (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Sitwazzjoni instabbli fil-Libja u konsegwenzi relatati (2015/2602(RSP))
Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE, Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Fernando Maura Barandiarán f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Gianluca Buonanno Membru mhux affiljat, Mariya Gabriel, Victor Boştinaru, Charles Tannock, Marie-Christine Vergiat, Judith Sargentini, Janice Atkinson, Elmar Brok, Pier Antonio Panzeri, Amjad Bashir, Kateřina Konečná, Gerard Batten, Barbara Matera, Josef Weidenholzer, Agustín Díaz de Mera García Consuegra u Davor Ivo Stier.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Miriam Dalli, Monika Hohlmeier, Notis Marias, Ivan Jakovčić u Afzal Khan.
Intervent ta': Federica Mogherini.
Id-dibattitu ngħalaq.
17. Ftehim ta' paċi tal-Mali (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Ftehim ta' paċi tal-Mali (2015/2593(RSP))
Zanda Kalniņa-Lukaševica (President fil-kariga tal-Kunsill) għamlet id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
PRESIDENZA: Adina-Ioana VĂLEAN Viċi President
Interventi ta': Davor Ivo Stier f'isem il-Grupp PPE, Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Michèle Rivasi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jiří Pospíšil, Doru-Claudian Frunzulică, Michela Giuffrida u Boris Zala.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Fabio Massimo Castaldo.
Intervent ta': Zanda Kalniņa-Lukaševica.
Id-dibattitu ngħalaq.
18. Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab u kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab u kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (2015/2594(RSP))
Zanda Kalniņa-Lukaševica (President fil-kariga tal-Kunsill) għamlet id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta': Tunne Kelam f'isem il-Grupp PPE, Knut Fleckenstein f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Alyn Smith f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Mario Borghezio Membru mhux affiljat, Fernando Ruas, Richard Howitt, Marcus Pretzell, Ilhan Kyuchyuk, Javier Couso Permuy, Judith Sargentini, Kristina Winberg, Franz Obermayr, Victor Boştinaru, David Campbell Bannerman, Gerard Batten, Georgios Epitideios, Eleni Theocharous, Pier Antonio Panzeri, Dawid Bohdan Jackiewicz, Ramona Nicole Mănescu, Josef Weidenholzer, Davor Ivo Stier, Afzal Khan u Deirdre Clune.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juan Fernando López Aguilar, Doru-Claudian Frunzulică, Notis Marias, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tomáš Zdechovský, u Arne Gericke.
Intervent ta': Zanda Kalniņa-Lukaševica.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, dwar Memorandum ta' Qbil bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab għal kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu ((2015/2573(RSP)) (B8-0215/2015);
- Alyn Smith, Barbara Lochbihler, Judith Sargentini u Eva Joly f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-Memorandum ta' Qbil bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab għal kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (2015/2573(RSP)) (B8-0216/2015);
- Geoffrey Van Orden, Beatrix von Storch, Charles Tannock, Daniel Hannan, Marcus Pretzell u Hans-Olaf Henkel f'isem il-Grupp ECR, dwar il-Memorandum ta' Qbil bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab għall-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (2015/2573(RSP)) (B8-0221/2015);
- Knut Fleckenstein, Tanja Fajon, Victor Boştinaru, Richard Howitt, Birgit Sippel, Claude Moraes, Liisa Jaakonsaari, Jeppe Kofod, Marlene Mizzi, Alessia Maria Mosca, Kashetu Kyenge, Victor Negrescu u Viorica Dăncilă f'isem il-Grupp S&D, dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab għall-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (2015/2573(RSP)) (B8-0222/2015);
- Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara u Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD, dwar il-Memorandum ta' Qbil bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab għal kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (2015/2573(RSP)) (B8-0223/2015);
- Javier Couso Permuy, Marie-Christine Vergiat, Sabine Lösing, Paloma López Bermejo, Marina Albiol Guzmán, Sofia Sakorafa, Kostas Chrysogonos, Fabio De Masi, Martina Michels u Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-Memorandum ta' Qbil bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab għall-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (2015/2573(RSP)) (B8-0224/2015);
- Cristian Dan Preda, Arnaud Danjean, Elmar Brok, Andrej Plenković, Tunne Kelam, Michèle Alliot-Marie, Mariya Gabriel, David McAllister, Lara Comi, Ramona Nicole Mănescu, Tokia Saïfi, Dubravka Šuica, Fernando Ruas, Davor Ivo Stier u József Nagy f'isem il-Grupp PPE, dwar il-Memorandum ta' Qbil bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab biex jikkooperaw dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (2015/2573(RSP)) (B8-0225/2015).
19. Iż-żieda tal-anti-Semitiżmu, tal-Iżlamofobija u tal-estremiżmu vjolenti fl-UE (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Iż-żieda tal-anti-Semitiżmu, tal-Iżlamofobija u tal-estremiżmu vjolenti fl-UE (2015/2595(RSP))
Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, Claude Moraes f'isem il-Grupp S&D, Jussi Halla-aho f'isem il-Grupp ECR, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Kostas Chrysogonos f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, James Carver f'isem il-Grupp EFDD, Hans Jansen Membru mhux affiljat, Monika Hohlmeier, Sylvie Guillaume, Bas Belder, Frédérique Ries, Marie-Christine Vergiat, Rosa Estaràs Ferragut, Juan Fernando López Aguilar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cornelia Ernst, Heinz K. Becker, Péter Niedermüller, Marina Albiol Guzmán, Michał Boni, Younous Omarjee, Tomáš Zdechovský, Pablo Echenique u Constance Le Grip.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Patricija Šulin, Afzal Khan, Arne Gericke, Gerard Batten u Franz Obermayr.
Intervent ta': Johannes Hahn.
Id-dibattitu ngħalaq.
20. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 550.479/OJJE).