Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni [2014/2216(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Pier Antonio Panzeri (A8-0023/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Beatrix von Storch biex tagħmel xi preċiżazzjonijiet dwar il-verżjoni Ġermaniża tal-paragrafu 77.
Silvia Costa biex tressaq emenda orali bil-għan li ddaħħal paragrafu ġdid wara l-paragrafu 210, li ġiet aċċettata, u Charles Tannock dwar din l-emenda orali.