Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 15 ta' April 2015 - Brussell

6. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-paragrafu 1, punt a, tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura dwar il-"Linji gwida għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni", mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie kkonsultat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:

"L-iskrutinju tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarju nnominat mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonsisti mhux biss fil-verifika li d-dikjarazzjoni tkun ġiet debitament mimlija, iżda wkoll fl-evalwazzjoni ta’ jekk kunflitt ta' interessi jistax jiġi dedott mill-kontenut tad-dikjarazzjoni. Huwa mbagħad għall-kumitat responsabbli għas-smigħ li jiddeċiedi jekk huwa jeħtieġx aktar informazzjoni mill-Kummissarju nnominat"

Jekk ma tkunx ikkontestata minn xi grupp politiku jew minn almenu 40 Membru, b'konformità mal-Artikolu 226(4), tar-Regoli ta' Proċedura, qabel il-ftuħ tas-seduta li jmiss, it-Tnejn 27 ta' April 2015, din l-interpretazzjoni titqies bħala adottata. F'każ kuntrarju, tkun sottoposta għall-votazzjoni tal-Parlament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza