Skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 11/2015.
Skont l-Artikolu 203(5) u (7) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni Ewropea infurmat lill-Awtorità Baġitarja dwar żewġ proposti rigward it-tmiem tal-kiri tal-binjiet Ariane u Laccolith fil-Lussemburgu.
Skont l-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jagħtix opinjoni dwar il-proposta mressaqa mill-Qorti tal-Ġustizzja rigward it-trasferiment ta' approprjazzjonijiet 1/2015 – Taqsima IV – Qorti tal-Ġustizzja.
Skont l-Artikolu 203(5) tar-Regolament Finanzjarju, il-Qorti tal-Awdituri informa lill-Awtorità Baġitarja dwar ir-rilokazzjoni ta' fondi addizzjonali tal-proġett K3 fil-baġit ġenerali.
Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova l-proposta mressaqa mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rigward it-trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 1/2015.
Skont l-Artikolu 50(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat tar-Reġjuni informa lill-Awtorità Baġitarja dwar talba għall-modifika tal-organigramma għall-2015.
Skont l-Artikolu 50(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jagħmel l-ebda oġġezzjoni għall-proposta mressaqa mill-Kumitat tar-Reġjuni rigward talba għall-modifika tal-organigramma għall-2015.