Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 27 ta' April 2015 - Strasburgu

14. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' April II 2015 (PE 552.730/PDOJ) tqassam.

Interventi ta': Richard Corbett, dwar is-sħubija ta' Janice Atkinson fil-grupp EFDD (Il-President wieġeb li ma rċieva l-ebda komunikazzjoni dwar dan is-suġġett) u, dwar l-istess kwistjoni, John Stuart Agnew.

°
° ° °

Ġew proposti l-bidliet li ġejjin (l-Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

- Talba tal-Grupp Verts/ALE biex jiddaħħal, bħala t-tielet punt tal-aġenda ta' waranofsinhar, wara d-dibattitu dwar ir-Rapport Monica Macovei - A8-0055/2015 – mingħajr tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni – dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-"Rivelazzjonijiet riċenti dwar spjunaġġ organizzat fuq skala kbira mill-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Istati Uniti (NSA), u l-implikazzjoni tal-Bundesnachrichtendienst fil-konfront taċ-ċittadini, politiċi u kumpaniji tal-UE".

Id-dibattitu dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali "Pakkett "Fruntieri Intelliġenti" (punt 130 tal-Abbozz Definittiv tal-Aġenda) se jiġi pospost għall-perjodu ta' sessjoni ta' Mejju I 2015.

Interventi ta': Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex tressaq it-talba, u Cornelia Ernst, biex tappoġġa t-talba.

B'VE (187 favur, 127 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

- Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jiddaħħal, bħala l-aħħar punt tal-aġenda - mingħajr tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni - dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar "Protezzjoni adegwata tal-infurmaturi u l-ġurnalisti fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa".

Interventi ta': Fabio De Masi f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex iressaq it-talba, u Philippe Lamberts, biex jappoġġa t-talba.

Il-Parlament approva din t-talba.

L-Erbgħa

- Talba tal-Grupp S&D biex tiddaħħal, bħala l-ewwel punt tal-aġenda ta' waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-"Sitwazzjoni fil-Burundi", mingħajr tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Interventi ta': Kashetu Kyenge f'isem il-Grupp S&D, biex tressaq it-talba, u Philippe Lamberts, biex jappoġġa t-talba.

Il-Parlament approva din t-talba.

- Talba tal-Grupp PPE biex jiġi emendat it-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-qtil ta' studenti fil-Kenja mill-grupp terroristiku Al-Shabaab kif ġej: "Il-persekuzzjoni tal-Insara madwar id-dinja, b'rabta mal-qtil ta' studenti fil-Kenja mill-grupp terroristiku Al-Shabaab".

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, biex iressaq it-talba, Kazimierz Michał Ujazdowski, biex jappoġġa t-talba, u Enrique Guerrero Salom, kontra din it-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (192 favur, 134 kontra, 13-il astensjoni), il-Parlement approva din it-talba.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza