18. Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 [COM(2014)0614 - C8-0174/2014- 2014/0285(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0128/2015)
Interventi ta': Gabriel Mato f'isem il-Grupp PPE, Ulrike Rodust f'isem il-Grupp S&D, Marek Józef Gróbarczyk f'isem il-Grupp ECR, u Nils Torvalds f'isem il-Grupp ALDE.
PRESIDENZA: Ulrike LUNACEK Viċi President
Interventi ta': Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Linnéa Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Affronte f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić, Sylvie Goddyn Membru mhux affiljata, Werner Kuhn, Ole Christensen, Louise Bours u Ricardo Serrão Santos.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Richard Corbett, Ivan Jakovčić u Igor Šoltes.