7.8. Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 [COM(2014)0614 - C8-0174/2014- 2014/0285(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0128/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
Jarosław Wałęsa (rapporteur) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.