7.10. Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-KE u r-Russja biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [11878/2014 – C8-0006/2015 - 2014/0052(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Gabrielius Landsbergis (A8-0129/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)