Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 28 ta' April 2015 - Strasburgu

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

7. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


7.1. Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali [15528/2014 - C8-0295/2014 - 2013/0285(NLE)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Sofia Ribeiro (A8-0064/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0097)

Il-Parlament approva l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill.


7.2. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015: Emenda tal-QFP għas-snin 2014-2020 (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III - il-Kummissjoni [07660/2015 - C8-0098/2015 - 2015/2013(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0138/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2015)0098)


7.3. Tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iżvilupp tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE [05130/3/2015 - C8-0063/2015 - 2013/0165(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Olga Sehnalová (A8-0053/2015)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA(2015)0099)


7.4. Id-direttiva dwar il-kwalità tal-karburanti u d-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli [10710/2/2014 - C8-0004/2015 - 2012/0288(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Nils Torvalds (A8-0025/2015)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat kif emendat (P8_TA(2015)0100)


7.5. It-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief [05094/1/2015 - C8-0064/2015 - 2013/0371(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Margrete Auken (A8-0130/2015)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA(2015)0101)

Interventi Nirj Deva biex jinforma li mhux se jipparteċipa fil-votazzjoni minħabba interess finanzjarju b'konformità mal-Anness 1, Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura.


7.6. L-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE [17086/1/2014 - C8-0072/2015 - 2013/0224(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: José Inácio Faria (A8-0122/2015)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA(2015)0102)


7.7. L-Istatistika Ewropea ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea [2012/0084(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Hugues Bayet (A8-0137/2015)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA(2015)0103)


7.8. Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 [COM(2014)0614 - C8-0174/2014- 2014/0285(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Jarosław Wałęsa (A8-0128/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA(2015)0104)

Jarosław Wałęsa (rapporteur) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.

Interventi

Georg Mayer, dwar it-tmexxija tal-votazzjoni.


7.9. L-obbligu ta' żbark ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1434/98 fir-rigward tal-obbligu ta' żbark [COM(2013)0889 - C7-0465/2013 - 2013/0436(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Alain Cadec (A8-0060/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA(2015)0105)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0105)


7.10. Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-KE u r-Russja biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [11878/2014 – C8-0006/2015 - 2014/0052(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Gabrielius Landsbergis (A8-0129/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA(2015)0106)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


7.11. L-implimentazzjoni tal-proċess ta' Bolonja (votazzjoni)

Rapport dwar Segwitu għall-implimentazzjoni tal-Proċess ta’ Bolonja [2015/2039(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Krystyna Łybacka (A8-0121/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp GUE/NGL)

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0107)


7.12. Il-films Ewropej fl-era diġitali (votazzjoni)

Rapport dwar il-films Ewropej fl-era diġitali [2014/2148(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Bogdan Brunon Wenta (A8-0123/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0108)


7.13. Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti (votazzjoni)

Abbozz ta’ rapport dwar “Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti” [2014/2223(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Elisabeth Köstinger (A8-0126/2015)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2015)0109)

Avviż legali - Politika tal-privatezza