Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 - Strasburgu

5. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Finlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Hannu Takkula minflok Olli Rehn bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 27 ta' April 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Hannu Takkula jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza