Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 - Strasburgu

6. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għad-difenokonażol, il-fluwopikolid, il-fluwopiram, l-isopirażam u l-pendimetalina f’ċerti prodotti jew fuqhom (D038038/02 – 2015/2667(RPS)) - skadenza: 23/6/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda I-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-ażossistrobina, id-dimossistrobina, il-flurossipir, il-metossifenożid, il-metrafenon, l-oksadiarġil u t-tribenuron f’ċerti prodotti jew fuqhom (D038141/02 – 2015/2657(RPS)) - skadenza: 17/6/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda diversi annessi tad-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE li jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-metodi ta’ referenza, il-validazzjoni tad-dejta u s-siti tal-punti ta’ ġbir ta' kampjuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fl-ambjent (D038203/04 – 2015/2671(RPS)) - skadenza: 25/7/2015)
irriferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (“REACH”) fir-rigward tal-benżen (D039050/01 – 2015/2672(RPS)) - skadenza: 25/7/2015)
irriferut responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE, IMCO

Avviż legali - Politika tal-privatezza