10.1. Miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnija-Ħerzegovina ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnija-Ħerzegovina [COM(2014)0386 - C8-0039/2014 - 2014/0197(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Goffredo Maria Bettini (A8-0060/2015)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Bernd Lange (President tal-Kumitat INTA), ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva, skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva tali proposta. Il-kwistjoni tqieset għaldaqstant riferuta għal rieżami lill-kumitat responsabbli.