9. Dikjarazzjoni bil-miktub (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf lill-Parlament li d-dikjarazzjoni bil-miktub li ġejja kisbet il-firem tal-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament:
Dikjarazzjoni bil-miktub nru 4/2015 dwar it-tnedija ta' Sena Ewropea dwar il-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa, imressqa mill-Membri li ġejjin: Marc Tarabella u 14-il Membru ieħor.
Konformement mal-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din id-dikjarazzjoni bil-miktub hija ppubblikata f'dawn il-Minuti, bl-ismijiet tal-firmatarji (Anness 1 tal-Minuti ta' 18.5.2015).