Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 18 ta' Mejju 2015 - Strasburgu

15. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Mejju I 2015 (PE 557.487/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-President, wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, ippropona l-emendi li ġejjin:

- il-votazzjoni dwar ir-rapporti Arnaud Danjean (A8-0054/2015), Eduard Kukan u Indrek Tarand (A8-0136/2015 ) u Ana Gomes (A8-0159/2015) tad-diskussjoni komuni dwar il-PSDK (punti 38, 37 u 87 tal-PDOJ) se ssir il-Ħamis;

- il-votazzjoni dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) .../... li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [etanol] ta' oriġini agrikola se ssir l-Erbgħa.

Il-Parlament approva l-proposta.

Interventi ta': Inês Cristina Zuber u Daniele Viotti.

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Talba tal-gruppi Verts/ALE u S&D biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni fl-Ungerija bit-tressiq għall-mozzjonijiet għal-riżoluzzjoni.

Interventi ta': Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, li spjegaw ir-raġuni għat-talba.

Il-President iddikjara li kien irċieva ittra tal-14 ta' Mejju 2015 mill-Presidenza tal-Kunsill, fejn ħabbret li ma xtaqitx tipparteċipa fid-dibattitu, minħabba li l-Kunsill ma kienx stabbilixxa pożizzjoni.

Il-President ħabbar ukoll li kien irċieva ittra mingħand il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán li fiha ddikjara li xtaq jipparteċipa fid-dibattitu.

Il-President stieden lill-presidenti tal-gruppi biex flimkien miegħu jiddefinixxu t-triq 'il quddiem.

Interventi ta': Sophia in 't Veld favur it-talba, u József Szájer kontra t-talba.

B'VE (181 favur, 114 kontra, 6 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Il-Parlament iddeċieda li ssir votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni fis-sessjoni ta' Ġunju I. L-iskadenzi għat-tressiq se jiġu stabbiliti f'Ġunju.

Intervent ta': Marie-Christine Vergiat.

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Talba mill-Grupp S&D biex id-dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt (Artikolu 135 tar-Regoli ta' Proċedura), jitressaq għal filgħodu. Il-votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni se ssir f'nofsinhar.

Interventi ta': Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, li kien favur it-talba, u Cristian Dan Preda, li kien kontra t-talba.

B'VE (185 favur, 106 kontra, 2 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza