Indiċi 
Minuti
PDF 263kWORD 198k
It-Tnejn, 18 ta' Mejju 2015 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.In memoriam
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 4.Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (Skadenza għat-tressiq tan-nomini)
 5.Il-kalendarju tal-Parlament tas-sessjonijiet parzjali - 2016
 6.Kompożizzjoni tal-Parlament
 7.Verifika tal-kredenzjali
 8.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 9.Dikjarazzjoni bil-miktub (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 12.Dokumenti mressqa
 13.Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
 14.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 15.Ordni tal-ħidma
 16.L-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji ***I (dibattitu)
 17.Finanzjament għall-Iżvilupp (dibattitu)
 18.Ftehimiet dwar it-tabakk (dibattitu)
 19.Regoli dwar il-VAT fuq is-servizzi diġitali, il-kotba u l-gazzetti fl-UE u l-one-stop shop tal-VAT (MOSS) (dibattitu)
 20.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 21.Kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa (preżentazzjoni qasira)
 22.Opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs (preżentazzjoni qasira)
 23.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 24.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA
 Anness 1 - It-tnedija ta' Sena Ewropea dwar il-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa (dikjarazzjoni bil-miktub)


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.05.


2. In memoriam

Il-President, f'isem il-Parlament, ta ġieħ lill-memorja ta' Hans Jansen, li miet fil-5 ta' Mejju 2015.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


4. Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (Skadenza għat-tressiq tan-nomini)

Fuq proposta tal-President, l-iskadenza għat-tressiq tan-nomini għall-elezzjoni ta' Viċi President ġiet stabbilita għat-Tlieta 19 ta' Mejju 2015 fis-18:00.

L-elezzjoni se ssir nhar l-Erbgħa 20 ta' Mejju 2015 f'12:00.


5. Il-kalendarju tal-Parlament tas-sessjonijiet parzjali - 2016

Il-Konferenza tal-Presidenti, fil-laqgħa tagħha tat-30 ta' April 2015, adottat l-abbozz ta' kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tas-sena parlamentari 2016, li huwa s-segwenti:

- mit-18 sal-21 ta' Jannar

- mill-1 sal-4 ta' Frar

- l-24 u l-25 ta' Frar

- mis-7 sal-10 ta' Marzu

- mill-11 sal-14 ta' April

- is-27 u t-28 ta' April

- mid-9 sat-12 ta' Mejju

- il-25 u s-26 ta' Mejju

- mis-6 sad-9 ta' Ġunju

- it-22 u t-23 ta' Ġunju

- mill-4 sas-7 ta' Lulju

- mit-12 sal-15 ta' Settembru

- mit-3 sas-6 ta' Ottubru

- mill-24 sas-27 ta' Ottubru

- mill-21 sal-24 ta' Novembru

- it-30 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru

- mit-12 sal-15 ta' Diċembru

Skadenza għat-tressiq tal-emendi: it-Tlieta 19 ta' mejju 2015, 12.00.

Votazzjoni: l-Erbgħa 20 ta' Mejju 2015, 12.00 (punt 10.2 tal-Minuti ta' 20.5.2015).


6. Kompożizzjoni tal-Parlament

Wara l-mewt ta' Hans Jansen, il-Parlament ħabbar, bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-vakanza tas-siġġu mis-6 ta' Mejju 2015.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Finlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Pirkko Ruohonen-Lerner minflok Sampo Terho bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 27 ta' April 2015.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Pirkko Ruohonen-Lerner tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


7. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI tiegħu, il-Parlament iddeċieda li jivvalida l-mandat ta' Hannu Takkula b'effett mis-27 ta' April 2015.


8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Gruppi ECR u EFDD it-talbiet ta' ħatra li ġejjin:

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: Tomasz Piotr Poręba minflok Ian Duncan

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti: Pirkko Ruohonen-Lerner minflok Sampo Terho

Kumitat ECON: Pirkko Ruohonen-Lerner minflok Sampo Terho

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta ' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro: Marco Zullo ma baqax membru.

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


9. Dikjarazzjoni bil-miktub (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President għarraf lill-Parlament li d-dikjarazzjoni bil-miktub li ġejja kisbet il-firem tal-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament:

Dikjarazzjoni bil-miktub nru 4/2015 dwar it-tnedija ta' Sena Ewropea dwar il-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa, imressqa mill-Membri li ġejjin: Marc Tarabella u 14-il Membru ieħor.

Konformement mal-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din id-dikjarazzjoni bil-miktub hija ppubblikata f'dawn il-Minuti, bl-ismijiet tal-firmatarji (Anness 1 tal-Minuti ta' 18.5.2015).


10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedimenti ta' insolvenza (tfassil mill-ġdid) (00031/2015/LEX - C8-0129/2015 - 2012/0360(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (00030/2015/LEX - C8-0128/2015 - 2013/0025(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (00029/2015/LEX - C8-0127/2015 - 2013/0024(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-obbligu tal-ħatt u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 (00011/2015/LEX - C8-0126/2015 - 2013/0436(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 fir-rigward ta' ammont ta' prefinanzjament inizjali addizzjonali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (00019/2015/LEX - C8-0125/2015 - 2015/0026(COD))


11. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat AGRI biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat ta-Kummissjoni tas-27 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (C(2015)02802 – 2015/2673(DEA)) (B8-0439/2015).

Jekk tali rakkomandazzjoni ma tkunx is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew ta' almenu erbgħin Membru sa terminu ta' erbgħa u għoxrin siegħa, titqies approvata. Fil-każ kuntrarju, se tkun sottoposta għal votazzjoni.

Ir-rakkomandazzjoni hija disponibbli fuq is-sit Europarl għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.


12. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Bettina Michelle Jakobsen (DK) (08487/2015 - C8-0122/2015 - 2015/0803(NLE))

irriferut

responsabbli :

CONT

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (07185/2015 - C8-0124/2015 - 2015/0062(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

AFET

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni) (2014/2220(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Arnaud Danjean (A8-0054/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali (05651/2012 - C7-0069/2012 - 2010/0361(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0071/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji (COM(2013)0641 - C7-0301/2013 - 2013/0314(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Cora van Nieuwenhuizen (A8-0131/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (COM(2013)0821 - C7-0427/2013 - 2013/0407(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Nathalie Griesbeck (A8-0133/2015)

- Rapport dwar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs (2014/2209(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Philippe De Backer (A8-0135/2015)

- Rapport dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (2014/2258(INI)) - Kumitat AFET - Kumitat BUDG - Rapporteurs: Eduard Kukan, Indrek Tarand (A8-0136/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 (COM(2015)0010 - C8-0007/2015 - 2015/0009(COD)) - Kumitat BUDG - Kumitat ECON - Rapporteurs: José Manuel Fernandes, Udo Bullmann (A8-0139/2015)

- ***I Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi responsabbli ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli (COM(2014)0111 - C7-0092/2014 - 2014/0059(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Iuliu Winkler (A8-0141/2015)

- Rapport dwar kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa: it-titjib tas-sikurezza tal-pazjent u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (2014/2207(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Piernicola Pedicini (A8-0142/2015)

- Rapport dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp (2015/2044(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Pedro Silva Pereira (A8-0143/2015)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill on the safeguard measures provided for in the Agreement between the European Economic Community and the Swiss Confederation (test kodifikat) (COM(2014)0305 - C8-0009/2014 - 2014/0158(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Andrzej Duda (A8-0145/2015)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (07657/2015 - C8-0103/2015 - 2014/0236(NLE)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Davor Ivo Stier (A8-0146/2015)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Viktor Uspaskich (2014/2203(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0149/2015)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke (2015/2049(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0150/2015)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis (II) (2015/2071(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Andrzej Duda (A8-0151/2015)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jérôme Lavrilleux (2015/2014(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0152/2015)

- Rapport dwar l-impatt tal-iżviluppi fis-swieq Ewropej tad-difiża dwar is-Sigurtà u l-kapaċitajiet ta’ difiża fl-Ewropa (2015/2037(INI)) - Kumitat AFET (Kumitat assoċjat) - Rapporteur: Ana Gomes (A8-0159/2015)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (05933/4/2015 - C8-0109/2015 - 2013/0025(COD)) - Kumitat ECON - Kumitat LIBE - Rapporteurs: Krišjānis Kariņš, Judith Sargentini (A8-0153/2015)

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferiment ta' fondi u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (05932/2/2015 - C8-0108/2015 - 2013/0024(COD)) - Kumitat ECON - Kumitat LIBE - Rapporteurs: Peter Simon, Timothy Kirkhope (A8-0154/2015)

- ***II Abbozz ta' rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedimenti ta' insolvenza (riformulazzjoni) (16636/5/2014 - C8-0090/2015 - 2012/0360(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0155/2015)


13. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea,

- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Islanda fit-twettiq konġunt tal-impenji tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Islanda għat-tieni perijodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima,

- Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra,

- Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra,

- Proċess verbali ta' rettifika tal-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea.


14. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-000028/2015) imressqa minn Jerzy Buzek, f'isem il-Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) - riżorsi umani meħtieġa biex jiġu sodisfatt il-mandat statutorju tagħha li tissorvelja s-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (2015/2627(RSP)) (B8-0118/2015);

- (O-000049/2015) imressqa minn Iratxe García Pérez u Maria Arena, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kunsill: Direttiva dwar il-liv tal-maternità (2015/2655(RSP)) (B8-0119/2015);

- (O-000050/2015) imressqa minn Iratxe García Pérez u Maria Arena, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: Direttiva dwar il-liv tal-maternità (2015/2655(RSP)) (B8-0120/2015);

- (O-000051/2015) imressqa minn Marita Ulvskog, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kunsill: Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ - jeħtieġ implimentazzjoni ta' malajr fil-livell tal-Istati Membri (2015/2679(RSP)) (B8-0551/2015).


15. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Mejju I 2015 (PE 557.487/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-President, wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, ippropona l-emendi li ġejjin:

- il-votazzjoni dwar ir-rapporti Arnaud Danjean (A8-0054/2015), Eduard Kukan u Indrek Tarand (A8-0136/2015 ) u Ana Gomes (A8-0159/2015) tad-diskussjoni komuni dwar il-PSDK (punti 38, 37 u 87 tal-PDOJ) se ssir il-Ħamis;

- il-votazzjoni dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) .../... li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [etanol] ta' oriġini agrikola se ssir l-Erbgħa.

Il-Parlament approva l-proposta.

Interventi ta': Inês Cristina Zuber u Daniele Viotti.

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Talba tal-gruppi Verts/ALE u S&D biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni fl-Ungerija bit-tressiq għall-mozzjonijiet għal-riżoluzzjoni.

Interventi ta': Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, li spjegaw ir-raġuni għat-talba.

Il-President iddikjara li kien irċieva ittra tal-14 ta' Mejju 2015 mill-Presidenza tal-Kunsill, fejn ħabbret li ma xtaqitx tipparteċipa fid-dibattitu, minħabba li l-Kunsill ma kienx stabbilixxa pożizzjoni.

Il-President ħabbar ukoll li kien irċieva ittra mingħand il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán li fiha ddikjara li xtaq jipparteċipa fid-dibattitu.

Il-President stieden lill-presidenti tal-gruppi biex flimkien miegħu jiddefinixxu t-triq 'il quddiem.

Interventi ta': Sophia in 't Veld favur it-talba, u József Szájer kontra t-talba.

B'VE (181 favur, 114 kontra, 6 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Il-Parlament iddeċieda li ssir votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni fis-sessjoni ta' Ġunju I. L-iskadenzi għat-tressiq se jiġu stabbiliti f'Ġunju.

Intervent ta': Marie-Christine Vergiat.

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Talba mill-Grupp S&D biex id-dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt (Artikolu 135 tar-Regoli ta' Proċedura), jitressaq għal filgħodu. Il-votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni se ssir f'nofsinhar.

Interventi ta': Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, li kien favur it-talba, u Cristian Dan Preda, li kien kontra t-talba.

B'VE (185 favur, 106 kontra, 2 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


16. L-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji [COM(2013)0641 - C7-0301/2013 - 2013/0314(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Cora van Nieuwenhuizen (A8-0131/2015)

PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI
Viċi President

Cora van Nieuwenhuizen ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Jonathan Hill (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Marisa Matias (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Luděk Niedermayer f'isem il-Grupp PPE, Jonás Fernández f'isem il-Grupp S&D, Kay Swinburne f'isem il-Grupp ECR, Sylvie Goulard f'isem il-Grupp ALDE, Josu Juaristi Abaunz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Bernard Monot Membru mhux affiljat, Eva Paunova, Pervenche Berès, Stanisław Ożóg, Barbara Kappel, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Massimiliano Salini, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Zbigniew Kuźmiuk u Daniel Buda.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marijana Petir, Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Emmanouil Glezos, Igor Šoltes u Doru-Claudian Frunzulică.

Interventi ta': Jonathan Hill u Cora van Nieuwenhuizen.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.11 tal-Minuti ta' 19.5.2015.


17. Finanzjament għall-Iżvilupp (dibattitu)

Rapport dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp [2015/2044(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Pedro Silva Pereira (A8-0143/2015)

Pedro Silva Pereira ppreżenta r-rapport.

Intervent ta': Neven Mimica (Membru tal-Kummissjoni).

Intervent ta': Charles Goerens (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG).

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Interventi ta': Paul Rübig f'isem il-Grupp PPE, Norbert Neuser f'isem il-Grupp S&D, Beatriz Becerra Basterrechea f'isem il-Grupp ALDE, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ignazio Corrao f'isem il-Grupp EFDD, Olaf Stuger Membru mhux affiljat, Davor Ivo Stier, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Elly Schlein, João Ferreira, Nathan Gill, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică u Heidi Hautala, Franz Obermayr, Bogdan Brunon Wenta, Enrique Guerrero Salom, Lidia Senra Rodríguez, Eleftherios Synadinos, Adam Szejnfeld, Doru-Claudian Frunzulică, Arne Lietz, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' João Ferreira, Patrizia Toia u Louis Aliot.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Michela Giuffrida, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Kostas Chrysogonos u Igor Šoltes.

Interventi ta': Neven Mimica u Pedro Silva Pereira.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.12 tal-Minuti ta' 19.5.2015.


18. Ftehimiet dwar it-tabakk (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ftehimiet dwar it-tabakk (2015/2686(RSP))

Kristalina Georgieva (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Petri Sarvamaa f'isem il-Grupp PPE, Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp S&D, Martina Dlabajová f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Dennis de Jong f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bart Staes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Zanni f'isem il-Grupp EFDD, Edouard Ferrand Membru mhux affiljat, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Andreas Schwab u Jérôme Lavrilleux, Ingeborg Gräßle, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Inés Ayala Sender, Derek Vaughan, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Nathan Gill, Frédérique Ries, José Bové, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, David Coburn, Claudia Schmidt, Jens Geier, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' José Bové, Miroslav Poche, Zigmantas Balčytis, Karl-Heinz Florenz u Julie Girling.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marijana Petir, Momchil Nekov, Angel Dzhambazki, Ivan Jakovčić u João Ferreira.

Intervent ta': Kristalina Georgieva.

Id-dibattitu ngħalaq.

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
Viċi President


19. Regoli dwar il-VAT fuq is-servizzi diġitali, il-kotba u l-gazzetti fl-UE u l-one-stop shop tal-VAT (MOSS) (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Regoli dwar il-VAT fuq is-servizzi diġitali, il-kotba u l-gazzetti fl-UE u l-one-stop shop tal-VAT (MOSS) (2015/2682(RSP))

Andrus Ansip (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, Neena Gill f'isem il-Grupp S&D, Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Matt Carthy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Helga Trüpel f'isem il-Grupp Verts/ALE, Dario Tamburrano f'isem il-Grupp EFDD, Dominique Bilde Membru mhux affiljata, Jiří Pospíšil, Tibor Szanyi, Kazimierz Michał Ujazdowski, Dita Charanzová, Miguel Urbán Crespo, Molly Scott Cato, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Pervenche Berès, Vicky Ford, Fredrick Federley, Eva Paunova, Catherine Stihler, Anneleen Van Bossuyt, Antanas Guoga, Ildikó Gáll-Pelcz, Alessia Maria Mosca, Marcus Pretzell, Kaja Kallas, Siegfried Mureşan, Doru-Claudian Frunzulică, Ruža Tomašić, Jérôme Lavrilleux, Dariusz Rosati u Romana Tomc.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Interventi ta': Michaela Šojdrová u Michał Boni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Brunon Wenta, José Blanco López, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Emmanouil Glezos u Ernest Maragall.

Intervent ta': Andrus Ansip.

Id-dibattitu ngħalaq.


20. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Pál Csáky, Victor Negrescu, Marcus Pretzell, Ivo Vajgl, Neoklis Sylikiotis, Petr Mach, Janusz Korwin-Mikke, Michaela Šojdrová, Jonás Fernández, Beatrix von Storch, Ilhan Kyuchyuk, Josu Juaristi Abaunz, Karima Delli, Philippe Loiseau, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Notis Marias, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Max Andersson, Franc Bogovič, Adam Gierek, Marek Jurek, Seán Kelly, Alessia Maria Mosca, Alojz Peterle u Jude Kirton-Darling.


21. Kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa: it-titjib tas-sikurezza tal-pazjenti u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi [2014/2207(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Piernicola Pedicini (A8-0142/2015)

Piernicola Pedicini għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Paul Rübig, João Ferreira, Anna Záborská, Cristian-Silviu Buşoi u Seán Kelly.

Il-President interrompa lil Seán Kelly biex jitlob lil Doru-Claudian Frunzulică, li kien qed itellef is-seduta, jitlaq mill-emiċiklu.

Doru-Claudian Frunzulică ħareġ mill-emiċiklu.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly.

Intervent ta': Andrus Ansip (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.13 tal-Minuti ta' 19.5.2015.


22. Opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs [2014/2209(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Philippe De Backer (A8-0135/2015)

Philippe De Backer għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Paul Rübig, Notis Marias, João Ferreira, Igor Šoltes u Bronis Ropė.

Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.14 tal-Minuti ta' 19.5.2015.


23. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 557.487/OJMA).


24. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.50.

Klaus Welle

Sylvie Guillaume

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albrecht, Aliot, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Androulakis, Annemans, Arena, Arnautu, Arnott, Ashworth, Assis, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balčytis, Balczó, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Berès, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Boutonnet, Bové, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buda, Bullmann, Buşoi, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Caputo, Carthy, Carver, Caspary, Castaldo, Cavada, Valero, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Comi, Comodini Cachia, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Costa, Cristea, Csáky, Czarnecki, van Dalen, Dalton, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danjean, Danti, De Backer, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deutsch, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds Anneliese, Dodds Diane, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Duncan, Durand, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Engström, Epitideios, Erdős, Eriksson, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira Elisa, Ferreira João, Finch, Fisas Ayxelà, Flanagan, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Ford, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, García Pérez, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Gierek, Gieseke, Gill Nathan, Gill Neena, Girauta Vidal, Girling, Giuffrida, Glezos, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Pons, Gosiewska, Goulard, de Graaff, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Griesbeck, Groote, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Guteland, Halla-aho, Hannan, Harkin, Häusling, Hautala, Hayes, Hedh, Helmer, Henkel, Hetman, Heubuch, Hoffmann, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Hyusmenova, in 't Veld, Iotova, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jackiewicz, Jadot, Jahr, Jakovčić, James, Jáuregui Atondo, Jiménez-Becerril Barrio, de Jong, Jongerius, Joulaud, Juaristi Abaunz, Jurek, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kamall, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirkhope, Kirton-Darling, Koch, Kofod, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köster, Köstinger, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambsdorff, Landsbergis, Lange, de Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Le Pen Jean-Marie, Le Pen Marine, Lewer, Liese, Lietz, Lins, Loiseau, Lope Fontagné, López, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, Mach, McIntyre, Macovei, Maeijer, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Manscour, Maragall, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Marusik, Maštálka, Matias, Mato, Maura Barandiarán, Mavrides, Mayer, Mazuronis, Meissner, Mélenchon, Mélin, Melior, Melo, Meszerics, Metsola, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moody, Moraes, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Mureşan, Muselier, Nagy, Nart, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, Ní Riada, Noichl, Novakov, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Paşcu, Paulsen, Paunova, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picula, Pieper, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pittella, Plenković, Poc, Poche, Pogliese, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Rangel, Ransdorf, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Ribeiro, Ries, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sebastià, Sehnalová, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Spinelli, Spyraki, Staes, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stier, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Tapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Theurer, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujazdowski, Ujhelyi, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Vilimsky, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Weber Renate, Weidenholzer, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zanni, Zanonato, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Zorrinho, Zuber, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Crowley, Gabriel, Händel, Herranz García, Liberadzki, Morvai, Picierno, Piecha


Anness 1 - It-tnedija ta' Sena Ewropea dwar il-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa (dikjarazzjoni bil-miktub)

Dikjarazzjoni bil-miktub nru 4/2015 imressqa mill-Membri Marc Tarabella, Iratxe García Pérez, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Barbara Matera, Constance Le Grip, Mariya Gabriel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Izaskun Bilbao Barandica, Catherine Bearder, Inês Cristina Zuber, Kostadinka Kuneva, Terry Reintke, Ernest Urtasun u Jana Žitňanská, skont l-Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, dwar it-tnedija ta' Sena Ewropea dwar il-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa1 (punt 9 tal-Minuti ta' 18.5.2015) u ffirmata minn 413-il Membru.

Test tad-dikjarazzjoni bil-miktub:

1.   L-espressjoni 'vjolenza fuq in-nisa' tindika l-atti kollha ta' vjolenza sessista li jirriżultaw, jew li x'aktarx jirriżultaw f'dannu jew f'sofferenza fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika għan-nisa, inkluż it-theddid ta' tali atti, l-użu ta' forza jew iċ-ċaħda arbitrarja tal-libertà, kemm jekk dan iseħħ fil-ħajja pubblika jew fil-ħajja privata.

2.   Il-vjolenza fuq in-nisa tinkludi reati li sproporzjonalment ikollhom impatt fuq in-nisa, bħal vjolenza sesswali, fastidju sesswali, stupru, insegwiment malizzjuż u vjolenza domestika, u hija vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tan-nisa fir-rigward tad-dinjità, l-ugwaljanza u l-aċċess għall-ġustizzja.

3.   Il-vjolenza fuq in-nisa hija ostaklu kbir għall-parità tal-ġeneru u tirrappreżenta waħda mill-iktar vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem mifruxa, mingħajr limiti ġeografiċi, finanzjarji, kulturali jew soċjali.

4.   Il-vjolenza fuq in-nisa hija problema kbira fl-UE, fejn mara minn kull tlieta hija vittma ta' vjolenza sesswali u/jew fiżika.

5.   Il-Kummissjoni għaldaqstant hija mistiedna tniedi fl-2016 Sena Ewropea dwar il-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa.

6.    Din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, qed tintbagħat lill-Kummissjoni.

____________

1 Skont l-Artikolu 136(4) u (5) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, jekk dikjarazzjoni tiġi ffirmata mill-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament, tiġi ppubblikata fil-minuti bl-ismijiet tal-firmatarji tagħha u tintbagħat lid-destinatarji, mingħajr madankollu ma torbot lill-Parlament.

Lista tal-firmatarji:

Laura Agea, Clara Eugenia Aguilera García, Daniela Aiuto, Marina Albiol Guzmán, Nedzhmi Ali, Lucy Anderson, Martina Anderson, Max Andersson, Eric Andrieu, Maria Arena, Petras Auštrevičius, Inés Ayala Sender, Pilar Ayuso, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Catherine Bearder, Beatriz Becerra Basterrechea, Heinz K. Becker, Bendt Bendtsen, Brando Benifei, Pervenche Berès, Joëlle Bergeron, Goffredo Maria Bettini, Izaskun Bilbao Barandica, Malin Björk, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Franc Bogovič, Simona Bonafè, Michał Boni, Biljana Borzan, Victor Boștinaru, Lynn Boylan, Paul Brannen, Mercedes Bresso, Renata Briano, Klaus Buchner, Daniel Buda, Cristian-Silviu Bușoi, Soledad Cabezón Ruiz, Alain Cadec, Enrique Calvet Chambon, Wim van de Camp, Nicola Caputo, Matt Carthy, David Casa, Fabio Massimo Castaldo, Pilar del Castillo Vera, Jean-Marie Cavada, Bodil Ceballos, Lorenzo Cesa, Dita Charanzová, Nessa Childers, Caterina Chinnici, Ole Christensen, Lefteris Christoforou, Kostas Chrysogonos, Salvatore Cicu, Alberto Cirio, Deirdre Clune, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Therese Comodini Cachia, Anna Maria Corazza Bildt, Ignazio Corrao, Silvia Costa, Javier Couso Permuy, Andrea Cozzolino, Pál Csáky, Rosa D'Amato, Seb Dance, Viorica Dăncilă, Arnaud Danjean, Nicola Danti, Michel Dantin, Rachida Dati, Paolo De Castro, Angélique Delahaye, Karima Delli, Mady Delvaux, Fabio De Masi, Isabella De Monte, Jean-Paul Denanot, Marielle de Sarnez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Martina Dlabajová, Anneliese Dodds, Diane Dodds, Damian Drăghici, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Stefan Eck, Frank Engel, Linnéa Engström, Ismail Ertug, Rosa Estaràs Ferragut, Jill Evans, Eleonora Evi, Tanja Fajon, José Inácio Faria, José Manuel Fernandes, Jonás Fernández, Laura Ferrara, João Ferreira, Santiago Fisas Ayxelà, Luke Ming Flanagan, Monika Flašíková Beňová, Knut Fleckenstein, Lorenzo Fontana, Vicky Ford, Eleonora Forenza, Lampros Fountoulis, Doru-Claudian Frunzulică, Mariya Gabriel, Francesc Gambús, Iratxe García Pérez, Elisabetta Gardini, Evelyne Gebhardt, Elena Gentile, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Adam Gierek, Neena Gill, Juan Carlos Girauta Vidal, Julie Girling, Michela Giuffrida, Charles Goerens, Ana Gomes, Tania González Peñas, Esteban González Pons, Sylvie Goulard, Luis de Grandes Pascual, Maria Grapini, Nathalie Griesbeck, Theresa Griffin, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Enrique Guerrero Salom, Sylvie Guillaume, Antanas Guoga, Sergio Gutiérrez Prieto, Takis Hadjigeorgiou, Marian Harkin, Martin Häusling, Heidi Hautala, Anna Hedh, Esther Herranz García, Maria Heubuch, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Mary Honeyball, Richard Howitt, Danuta Maria Hübner, Ian Hudghton, Sophia in 't Veld, Iliana Iotova, Carlos Iturgaiz, Cătălin Sorin Ivan, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Yannick Jadot, Ivan Jakovčić, Ramón Jáuregui Atondo, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Eva Joly, Marc Joulaud, Josu Juaristi Abaunz, Philippe Juvin, Karin Kadenbach, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Othmar Karas, Rina Ronja Kari, Rikke Karlsson, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jan Keller, Afzal Khan, Jude Kirton-Darling, Jeppe Kofod, Dietmar Köster, Elisabeth Köstinger, Stelios Kouloglou, Andrey Kovatchev, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Miapetra Kumpula-Natri, Kostadinka Kuneva, Kashetu Kyenge, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Georgios Kyrtsos, Ilhan Kyuchyuk, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Gabrielius Landsbergis, Marju Lauristin, Giovanni La Via, Jérôme Lavrilleux, Constance Le Grip, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Javi López, Juan Fernando López Aguilar, Paloma López Bermejo, Antonio López-Istúriz White, Sabine Lösing, Bernd Lucke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Krystyna Łybacka, David McAllister, Linda McAvan, Emma McClarkin, Mairead McGuinness, Monica Macovei, Ivana Maletić, Svetoslav Hristov Malinov, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Louis-Joseph Manscour, Marian-Jean Marinescu, António Marinho e Pinto, David Martin, Edouard Martin, Fulvio Martusciello, Barbara Matera, Marisa Matias, Gabriel Mato, Fernando Maura Barandiarán, Emmanuel Maurel, Costas Mavrides, Georg Mayer, Gesine Meissner, Jean-Luc Mélenchon, Susanne Melior, Tamás Meszerics, Roberta Metsola, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Marlene Mizzi, Angelika Mlinar, Sorin Moisă, Csaba Molnár, Cláudia Monteiro de Aguiar, Clare Moody, Claude Moraes, Nadine Morano, Luigi Morgano, Elisabeth Morin-Chartier, Alessia Maria Mosca, Siegfried Mureșan, Alessandra Mussolini, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Norica Nicolai, Angelika Niebler, Péter Niedermüller, Cora van Nieuwenhuizen, Liadh Ní Riada, Maria Noichl, Andrey Novakov, Franz Obermayr, Younous Omarjee, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Dimitrios Papadimoulis, Gilles Pargneaux, Ioan Mircea Pașcu, Aldo Patriciello, Marit Paulsen, Eva Paunova, Piernicola Pedicini, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Marijana Petir, Pina Picierno, Tonino Picula, Sirpa Pietikäinen, Kati Piri, Georgi Pirinski, Gianni Pittella, Andrej Plenković, Miroslav Poche, Salvatore Domenico Pogliese, Maurice Ponga, Soraya Post, Cristian Dan Preda, Gabriele Preuß, Franck Proust, Emil Radev, Jozo Radoš, Laurențiu Rebega, Julia Reda, Viviane Reding, Evelyn Regner, Olli Rehn, Michel Reimon, Terry Reintke, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Sofia Ribeiro, Michèle Rivasi, Liliana Rodrigues, Maria João Rodrigues, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Ulrike Rodust, Claude Rolin, Bronis Ropė, Virginie Rozière, Fernando Ruas, Paul Rübig, Tokia Saïfi, Sofia Sakorafa, Massimiliano Salini, Lola Sánchez Caldentey, Anne Sander, Alfred Sant, Daciana Octavia Sârbu, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Christel Schaldemose, Elly Schlein, Helmut Scholz, Annie Schreijer-Pierik, Molly Scott Cato, Jordi Sebastià, Olga Sehnalová, Lidia Senra Rodríguez, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Siôn Simon, Branislav Škripek, Davor Škrlec, Csaba Sógor, Igor Šoltes, Renate Sommer, Maria Spyraki, Bart Staes, Sergei Stanishev, Ivan Štefanec, Jutta Steinruck, Helga Stevens, Davor Ivo Stier, Catherine Stihler, Beatrix von Storch, Dubravka Šuica, Richard Sulík, Patricija Šulin, Pavel Svoboda, Neoklis Sylikiotis, Eleftherios Synadinos, Tibor Szanyi, Antonio Tajani, Dario Tamburrano, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Paul Tang, Charles Tannock, Claudia Tapardel, Marc Tarabella, Indrek Tarand, Keith Taylor, Pavel Telička, Josep-Maria Terricabras, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Yana Toom, Evžen Tošenovský, Giovanni Toti, Ulrike Trebesius, Ramon Tremosa i Balcells, Helga Trüpel, Claude Turmes, István Ujhelyi, Ernest Urtasun, Vladimir Urutchev, Viktor Uspaskich, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Marco Valli, Ángela Vallina, Monika Vana, Kathleen Van Brempt, Derek Vaughan, Hilde Vautmans, Miguel Viegas, Daniele Viotti, Henna Virkkunen, Anders Primdahl Vistisen, Axel Voss, Elissavet Vozemberg, Julie Ward, Renate Weber, Cecilia Wikström, Glenis Willmott, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Anna Záborská, Theodoros Zagorakis, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain, Flavio Zanonato, Tatjana Ždanoka, Janusz Zemke, Gabriele Zimmer, Jana Žitňanská, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho, Inês Cristina Zuber, Marco Zullo, Milan Zver

Avviż legali - Politika tal-privatezza